Saturday, December 21, 2024

“Bqajt titbissem sal-aħħar… jeħtieġ nieqfu ngergru fuq affarijiet frivoli”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ritratt li ttieħed f’Settembru li għadda meta ommi kellha tgħaddi minn trattamenti ta’ sigħat twal. Ġiet operata qabel għeluq sninha u wara xi ġimagħtejn ngħatajna l-aħbar li kellha kanċer. It-tobba intervjenew biex neħħew it-tumur, iżda rritorna… ferm aktar malajr milli mistenni”. Qasmet din l-esperjenza tagħha ż-żagħżugħa Sarah Spiteri li fl-aħħar jiem tilef lil ommha wara ġlieda kontra l-kanċer.

Hija kompliet biex tgħid li r-raġuni għalfejn sabet il-kuraġġ biex tagħmel dan kienet li ommha Miriam minkejja dawn l-intoppi kollha, dejjem kienet issib raġuni għalxiex titbissem. Anke jekk kienet taf li kien għad baqagħlha biss ftit jiem ħajja. 

Iż-żagħżugħa ttenni li minkejja li stess ma taf kif sabet il-kuraġġ taqsam dan il-ħsieb, qiegħda tagħmel dan minħabba raġuni waħda prinċipali.

“B’din il-kitba nista’ nkun qiegħda nagħmel kuraġġ lil xi ħadd li jaqra dan il-kliem u jieqaf biex japprezza li għandu. Fuq kollox jeħtieġ nieqfu ngergru minħabba affarijiet frivoli”, temmet Sarah.

Ekonomija

Sport