Hibernians ħabbru li ġeddew il-kuntratt tal-coach, Branko Nisevic, wara li mexxihom għar-rebħ tal-FA Trophy meta fil-finali għelbu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1.
Din hija t-tieni avventura ta’ Nisevic mal-Pawlisti wara li kien għamel id-debutt tiegħu nhar it-18 ta’ Awwissu, 2013, fir-rebħa ta’ 1-0 fuq Tarxien Rainbows. Huwa kien ħalla lill-club fl-istaġun 2015/16 wara li staġun qabel kien mexxihom għar-rebħ tal-Kampjonat.
Imbagħad Nisevic, ingħaqad mal-club minn Raħal Ġdid fl-istaġun 2023/24.
B’kollox fil-kampjonat huwa ggwida lil Hibernians għal 156 partita.