Sunday, November 24, 2024

Brażil u Svizzera jimmiraw li jitilgħu fl-ewwel post ta’ Grupp G

Aqra wkoll

Minn Grupp G, fil-5.00 pm, il-Brażil jilagħbu kontra l-Isvizzera fejn iż-żewġ timijiet jimmiraw li jitilgħu fl-ewwel post ta’ dan il-grupp hekk kif bdew l-impenji tagħhom b’rebħa.

Il-Brażil għelbu lis-Serbja, b’Richarlison ikun l-eroj meta skorja ż-żewġ goals. Huma jistgħu jikkwalifikaw għar-round li jmiss b’rebħa, sakemm is-Serbja tkun tista’ tevita telfa fil-logħba tagħhom kontra l-Kamerun.

Min-naħa tagħhom, l-Isvizzeri għelbu lill-Kamerun bl-iskor ta’ 1-0, grazzi għall-goal ta’ Breel Embolo. Huma jistgħu wkoll jibbukkjaw post fir-round li jmiss jekk jirbħu din il-partita u l-Kamerun jevitaw telfa fil-partita tagħhom kontra s-Serbja.

Din il-logħba x’aktarx se tkun waħda bilanċjata, iżda l-Brażil jibdew avoriti li jiksbu l-punti massimi.

Għall-Brażil, Neymar kellu joħroġ mill-ground fl-ewwel logħba minħabba injury fl-għaksa u se jitlef il-kumplament tal-fażi tal-gruppi, l-istess bħal Danilo, bil-player ta’ esperjenza Dani Alves se jkun qed jissostitwixxi lid-difensur lemini.

Dan jista’ jara wkoll lil Fred jibda jkun fil-formazzjoni inizjali biex jipprovdi kopertura difensiva addizzjonali.

Min-naħa l-oħra għall-Isvizzeri, Renato Steffen tilef l-ewwel logħba minħabba injury muskolari u għaldaqstant jibqa’ dubjuż għal din il-logħba.

Sport