Sunday, May 19, 2024

Partita bejn żewġ timijiet li jridu rebħa bilfors

Aqra wkoll

Minn Grupp G, fil-11.00 am, il-Kamerun jaffrontaw lis-Serbja f’logħba mill-aktar diffiċli.

Huma bdew il-kampanja tagħhom  b’telfa ta’ 1-0 kontra l-Isvizzera. Telfa f’din il-partita tista’ tara lill-Kamerun jisfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja, jekk il-Brażil jevitaw telfa fil-logħba tagħhom kontra l-Isvizzeri.

Is-Serbja wkoll bdew il-fażi tal-gruppi fuq nota negattiv hekk kif il-Brażil għelbuhom bl-iskor ta’ 2-0. Huma jistgħu wkoll jisfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja b’telfa u jekk l-Isvizzeri jirbħu jew jiġu draw kontra l-Brażil.

Iż-żewġ naħat urew perjodi ta’ kwalità fl-ew­wel logħbiet tagħhom u bi ftit aktar fortuna setgħu ħarġu mill-ground b’xi punt, l-aktar il-Kamerun li taw daqskemm qalgħu.

Din il-logħba hija kruċjali għaż-żewġ naħat, iżda s-Serbja jistgħu jibdew favoriti li joħorġu rebbieħa.

Il-Kamerun għandhom l-iskwadra kollha għad-dispożizzjoni.

Min-naħa l-oħra għas-Serbja, Fillip Kostic ma lagħabx fl-ewwel logħba kontra l-Brażil minħabba li ma jinsabx f’siktu għal kollox u  għalhekk għad hemm dubju li jibda f’din il-partita.

Dusan Vlahovic jista’ jibda fil-formazzjoni inizjali, wara li ġie utilizzat bħala sostitut kontra l-Brażil.

Sport