Saturday, May 18, 2024

Draw li jħalli lill-Ġermanja jittamaw għall-kwalifikazzjoni

Aqra wkoll

Spanja……………1

Ġermanja……….1

F’konfront mill-isbaħ bejn żewġ ġganti tal-football mondjali, Spanja u l-Ġermanja temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ġust ta’ 1-1, biż-żewġ goals jaslu fit-tieni taqsima.

B’dan ir-riżultat, issa l-Ġermanja jibqgħu jittamaw li jgħaddu għall-Aħħar 16 iżda huma jridu jegħlbu lil Costa Rica filwaqt li l-Ġappun ma jirbħux kontra Spanja.

Kienu Spanja li ħarġu fuq l-offensiva u fis-seba’ minuta Marco Asensio għadda tajjeb lejn Dani Olmo li kellu x-xutt tiegħu salvat f’corner b’mod spettakolari mill-goalkeeper tal-Ġermanja, Manuel Neuer.

Huma komplew fuq l-offensiva u fit-33 minuta Ferran Torres kellu xutt mill-viċin li għadda għoli.

Il-Ġermaniżi wieġbu fid-39 minuta u kellhom ferħa bla temma meta Antonio Rudiger permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa iżda r-referee Olandiż, Danny Makkelie, wara konsultazzjoni mal-VAR kien pront u ħassar dan il-goal minħabba offside.

Il-Ġermanja fetħu l-iskor fit-62 minuta, meta Dani Olmo għadda tajjeb lejn Jordi Alba li min-naħa tiegħu provda l-assist lil Alvaro Morata li antiċipa lil Niklas Sule u mill-viċin tefa’ ġewwa.

Iżda l-Ġermaniżi ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u ta’ dan ġew ippremjati meta fit-83 minuta, irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta Leroy Sane  għadda tajjeb lejn Jamal Musiala li hekk kif deher li kien se jixxuttja, daħal tajjeb is-sostitut Niclas Fullkrug li venven xutt mill-viċin li ma ħafirx, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.

Spanja: Unai Simon, Dani Carvajal, Rodri, Ayemric Laporte, Jordi Alba (Alejandro Balde 82), Pablo Gavi (Nico Williams 66), Sergio Busquets, Perdo Goznalez, Ferran Torres (Alvaro Morata 62), Marco Asensio (Koke 66), Dani Olmo Coach: Luis Enrique

Ġermanja: Manuel Neuer, Thilo Kehrer (Lukas Klostermann 70), Niklas Sule, Antonio Rudiger, David Raum (Nico Schlotterbeck 87), Joshua Kimmich, Leon Goretzka, Serge Gnabry (Jonas Hofmann 85), Ilkay Gundogam (Leroy Sane 70), Jamal Musiala, Thomas Muller (Niclas Fullkrug 70) Coach: Hansi Flick

Referee: Danny Makkelie (Olanda)

Ammoniti: T. Kehrer, L. Goretzka, J. Kimmich (Ġ), S. Busquets (S)

Sport