Monday, May 20, 2024

Il-Kroazja fil-quċċata ta’ Grupp F, il-Kanada eliminati

Aqra wkoll

Kroazja….. 4

Kanada….. 1

Il-Kroazja għelbu lill-Kanada bl-iskor ta’ 4-1 biex filwaqt li telgħu fl-ewwel post ta’ Grupp F, il-Kanadiżi sfaw eliminati iżda b’rashom mgħollija għat-tip ta’ logħob li wrew f’din l-edizzjoni.

Kienu dawn tal-aħħar li fetħu l-iskor minn Alphonso Davies (2) iżda tliet goals minn Andrej Kramaric (36, 70), Marko Livaja (44) u Lovro Majer (93) taw ir-rebħa lill-Kroati.

Kroazja: Dominik Livakovic, Borna Sosa, Josko Gvardiol, Dejan Lovren, Josip Juranovic, Mar­celo Brozovic, Mateo Kova­cic (Lovro Majer 86), Luka Modric (Mario Pasalic 86), Ivan Perisic (Mislav Orsic 86), Marko Livaja (Bruno Petkovic 60), Andrej Kramaric (Nikola Vlasic 73) – Coach: Zlatko Dalic

Kanada: Milan Borjan, Richie Laryea (Junior Hoilett 62), Kamal Miller, Steven Vitoria, Alistair Johnston, Alphonso Davies, Stephen Eustaquio (Ismael Kone 46), Atiba Hutchinson (Sam Adekugbe 72), Tajon Buchanan, Jonathan David (Lucas Cavallini 72), Cyle Larin (Jonathan Osorio 46) – Coach: John Herdman                            

Referee: Andres Matonte (Urugwaj)

Assistenti: Nicolas Taran, Martin Soppi (Urugwaj)

Ammoniti: D. Lovren, L. Modric (Kz); T. Buchanan, K. Miller (Kd)

Sport