Sunday, December 22, 2024

“Brian kien spontanju u kien moħħu li jara lil kulħadd madwaru jitbissem”

Tingħata l-aħħar tislima lil Brian Mifsud magħruf bħala d-Deluxe

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Biex tinduna x’karattru kellu Brian ma tantx ridt iddum tagħmilha miegħu. Kien bniedem spontanju li f’kull sitwazzjoni kien jara kif iqajjem tbissima fuq kulħadd”. Hekk beda biex jiddeskrivi lil Brian Mifsud magħruf aħjar bħala d-Deluxe ċ-ċelebrant li aktar kmieni mexxa l-aħħar tislima tiegħu fil-Bażilika ta’ San Pawl fir-Rabat.

Huwa kompla biex ifakkar ftit memorji tal-mibki Brian u qal li fit-tieġ ta’ ibnu Nigel Mifsud – li hu magħruf sew kemm dawn l-affarijiet joħodhom bis-serjetà – is-saċerdot sejjaħ lill-ġenituri biex jitilgħu fuq l-artal ukoll u kulma kellu jagħmel kien li jpoġġi jdejh fuq spallet ibnu. Imma f’dak il-mument ta’ serjetà Brian iddeċieda li jagħmel il-messaġġi lil ibnu f’mument li kull min kien preżenti spiċċa jitbissem.

Huwa fakkar lil Brian ukoll għas-servizz li kien jagħti u li f’xogħlu kien jaħdem bil-qalb u b’imħabba. Minkejja li kellu xi kumplikazzjonijiet ta’ saħħa, huwa ma kienx jaf jgħid le u saħansitra kien hemm mumenti fejn spiċċa jbati għax ġab lil ħaddieħor l-ewwel.

Brian tilef ħajtu f’inċident li seħħ fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd. Minkejja li għall-ewwel kien hemm indikazzjonijiet li seta’ kien inċident tat-traffiku, aktar tard irriżulta li d-Deluxe kien ibati minn kundizzjonijiet ta’ saħħa.

Fil-post kien hemm tim mediku li ta l-ewwel għajnuna minnufih lir-raġel, iżda minkejja kull tentattiv, ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.

Ekonomija

Sport