Brian Tonna u Karl Cini kellhom il-warrant tagħhom ta’ accountants sospiżi wara l-arrest tagħhom
Il-Bord tal-Accountants issospendew il-warrants ta’ Brian Tonna u Karl Cini wara l-arrest tagħhom aktar kmieni din il-ġimgħa.
Is-sospensjoni tal-warrants wasal wara li l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji ilbieraħ ordnat lil BT International u BT Management, biż-żewġ kumpaniji jaqgħu taħt il-kappa ta’ Nexia BT, biex ma jaċċettawx klijenti ġodda u ma jipprovdux servizzi ġodda lil klijenti eżistenti.
Nhar it-Tnejn li għadda l-kumpaniji ta’ Tonna kellhom l-assi ffriżati bħala parti minn investigazzjoni tal-pulizija dwar jekk Tonna allegatament kienx involut f’tixħim f’bejgħ ta’ passaporti lill-eks-Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Intant illum il-Bord tal-Accountants qal li wara l-konklużjoni tal-inkjesta maġisterjali u l-iżviluppu relatanti, ħatret kumitat ta’ dixxiplina biex tinvestiga l-akkużi miġjubin fil-konfront ta’ Tonan u Cini, Nexia BT, u s-sussidjarji tagħha BTI Management Limited u Nexia BT Advisory Services Limited.
Tonna u Cini nħelsu mill-arrest nhar it-Tlieta filgħaxija.
Intant Nexia BT kellha l-liċenzja tagħha biex tbigħ il-passaporti sospiża.