Iċ-chairman ta’ Brighton & Hove Albion Tony Bloom saħaq li l-club ma rċieva l-ebda offerta għad-difensur Marc Cucurella kif inhuma l-affarijiet, fost rabtiet ta’ ċaqliq għal Manchester City.
L-Ispanjol qed jiġi segwit miċ-champions tal-Premier League dan is-sajf, hekk kif Pep Guardiola qed ifittex li finalment isolvi l-problemi tat-team tiegħu fiż-żona tad-difiża xellugija.
Bosta injuries u investigazzjonijiet kriminali dwar Benjamin Mendy raw lill-Franċiż mhux disponibbli għal Man City matul ħafna mill-istaġun 2021-22 għal darb’oħra, li wassal biex Joao Cancelo u Oleksandr Zinchenko jerġgħu jipu tilizzati b’mod regolari għal ħafna mill-istaġun.