L-attakkant ta’ Manchester United, Bruno Fernandes, żvela li jinsab ħerqan li jilgħab f’Elland Road ostili nhar il-Ħadd, hekk kif ir-Red Devils se jilagħbu kontra Leeds United fil-Premier League.
L-internazzjonali Portugaiż skorja ħames goals u rreġistra assist wieħed fit-tliet dehriet preċedenti tiegħu kontra l-Whites, iżda l-partita tal-istaġun li għadda f’Elland Road saret bil-bibien magħluq.
Fernandes qal li se jgawdi l-atmosfera li se tkun preżenti ġewwa l-istadium, hekk kif Man United qed ifittxu li jiskbu rebħiet kosnekuttivi fil-Premier League.
“Iva, diġà fl-istaġun li għadda, mingħajr partitarji, in-nies kienu qed jgħiduli dwar dan,” qal Fernandes. “Sħabi kienu qed jgħidu li dan huwa post iebes biex tkun bħala player ta’ Manchester United imma jien inħobb dik it-tip ta’ atmosfera.
“Jien inħobb meta kollox ikun kontrik għax iġiegħlek tagħti ftit aktar u tkun ftit aħjar. Taf ukoll li l-partitarji se jkunu hemm għalik, biex ikunu kburin bik u rridu nagħtuhom xi ħaġa lura għax huma se jkunu hemm biex jappoġġjawna, żgur.”
Ir-rebħa ta’ 2-0 ta’ nhar it-Tlieta fuq Brighton & Hove Albion, fejn Fernandes irnexxielu jsib ix-xibka, ressqet lit-team ta’ Ralf Rangnick lura fir-raba’ post fil-klassifika tal-Premier League.