Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?
Minn etá żgħira dejjem kien jogħġobni l-isport. Bdejt l-iskola u l-għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika (PE) kien qalli biex nibda nipprattika l-atletika wara l-iskola.
X’suċċessi maġġuri kisbt fil-karriera tiegħek sa issa?
Naħseb l-ikbar unur għalija kien meta rbaħt il-Brażil żewġ midalji u kont l-ewwel Maltija li rbaħt fl-ISF. Irbaħt deheb darbtejn fis-60m f’Brno fir-Repubblika Ċeka, u ukoll best performance of category age. Dħalt fil-GSSE fir-relay team meta seħħet hawn Malta u kont l-iżgħar atleta. Is-sena l-oħra rbaħt l-Italja, deheb U18 u bronż mas-seniors.
Fil jiem li għaddew ħadt sehem f’kompetizzjoni importanti fejn ikklassifikat fit-tieni post. Agħtina iktar dettalji.
Riċentement, ħadt sehem f’Lee Valley fejn ġejt 2nd overall u ksibt pb fit-200m. Għamilt pb ukoll fis-60m u ġejt 6th overall. Dawn kienu U20. Fil-jiem li għaddew ħadt sehem fil-Winter Championships ta’ Malta u ġejt fit-tieni post fis-60m. Irbaħt deheb fit-300m u fil-long jump ukoll. Barra minn hekk, nhar is-Sibt li għadda ħadt sehem f’kompetizzjoni importanti li kienu s-Senior Balkan Games fis-Serbja, fejn ksibt ħin ta’ 7.80s, 0.03s ‘il bogħod mill-PB tiegħi. Hawnhekk, kont l-iżgħar atleta fl-‘age heats’ kollha.
Riċentement irbaħt ukoll l-unur tal-Atlas Youth Athlete of the Month għal Jannar 2025. Agħtina iktar dettalji.
Irbaħt l-Atlas Youth Athlete of the Month għal Jannar 2025 għall-prestazzjoni li kelli riċentement f’Londra.
Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?
Il-livell qed jitjieb grazzi għall-għażliet tekniċi li jagħmlu Athletics Malta.
U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?
F’ġurnata ta’ temp tajjeb, ir-riżorsi u l-faċilitajiet m’hawnx bħalhom. Ħasra li bħalma ġara fil-jiem li għaddew, f’dik il-kesħa kollha, m’għandniex ‘indoor track’.
Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?
B’saqajja mal-art, naħseb li jekk nibqa’ sejra hekk, ikolli futur li dejjem xtaqt u li ħdimt għalih.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.
L-ewwelnett, nixtieq nirringrazzja b’mod personali lill-kowċ tiegħi Rachid Chouhal minn Rush Athletics Club. Imma biex wieħed jirnexxi irid ikollu għajnuna minn tad-dar, trid tkun dedikat għal dan l-isport u tidħol għalih b’ruħek u ġismek!