Wednesday, September 9, 2026
Home Sport US Open: Alcaraz jagħmel stqarrija dwar il-kundizzjoni fiżika tiegħu wara li ħassu...

US Open: Alcaraz jagħmel stqarrija dwar il-kundizzjoni fiżika tiegħu wara li ħassu ħażin kontra Shelton

0
57

Carlos Alcaraz ħalla l-US Open b’sens ta’ sodisfazzjon minkejja li sofra telfa drammatika kontra Ben Shelton fil-kwarti-finali. 

Il-logħba kienet waħda twila u eżiġenti, tant li spiċċat wara t-3.00 am fi New York. Waqt il-konfront, Alcaraz beda jħossu ħażin u rremetta f’xugaman qabel il-ħames set, iżda xorta waħda rnexxielu jkompli jiġġieled sal-aħħar.

L-Ispanjol kien ġej minn assenza ta’ erba’ xhur minħabba injury fil-polz tal-lemin u għalhekk kien kuntent li seta’ jikkompeti f’partita ta’ livell tant għoli. 

Minkejja li sab ruħu żewġ sets kontra wieħed minn taħt, Alcaraz irkupra b’mod impressjonanti u rebaħ sitta mis-seba’ logħbiet ta’ wara biex ġiegħel il-logħba tidħol fil-ħames set deċiżiv.

Madankollu, il-kundizzjoni fiżika tiegħu bdiet tiddeterjora, u l-għejja bdiet taffettwa l-prestazzjoni tiegħu. Shelton eventwalment rebaħ it-tie-break tal-ħames set u kiseb rebħa memorabbli. 

Minkejja t-telfa, Alcaraz qal li kien kburi bil-ġlieda tiegħu u kuntent li seta’ jikkompeti.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here