Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech iddikjara li l-proġett tal-Land-Sea Super Stage se jkompli jikkonsolida l-pożizzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni internazzjonali ewlenija għall-produzzjoni tal-films. Dan filwaqt li mistenni joħloq opportunitajiet ġodda għall-investiment, l-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku.
Il-Kummissarju Johann Grech, filwaqt li ħabbar il-ħruġ ta’ tender internazzjonali b’rabta ma’ dan il-proġett, qal li dan jimmarka l-aħħar żvilupp biex pajjiżna joħloq industrija tal-films ta’ livell dinji.
Huwa qal ukoll li l-Kummissjoni Maltija tal-Films tinsab impenjata li tkompli ttejjeb u ssaħħaħ l-infrastruttura tal-industrija tal-films biex twassalha għal livell ogħla.

