Friday, May 3, 2024

BUDGET 2024: Pjan biex numru ta’ servizzi fit-toroq ma jingħatawx qabel id-9.00 a.m.

Ninvestu f'ambjent aħjar bi żvilupp sostenibbli

Aqra wkoll

L-azzjoni kontra t-tibdil fil-klima hija prijorità għal dan il-Gvern. Il-pożizzjoni ambizzjuża u kuraġġuża ta’ dan il-Gvern hija li tilħaq in-newtralità tal-klima sal-2050. Biex tgħin f’din it-transizzjoni, se titwaqqaf l-Awtorità għall-Azzjoni fil-Klima (Climate Action Authority).

Għas-sena 2024, se jkun hemm numru ta’ skemi biex jinċentivaw l-investiment f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u biex l-enerġija tintuża b’modi aktar effiċjenti. Il-Gvern ser ikompli l-proċess sabiex investituri privati jitfgħu l-offerti għall-iżvilupp ta’ installazzjonijiet kbar ta’ enerġija rinnovabbli. Matul l-2024, se tkun qed toħroġ sejħa għal allokazzjoni ta’ sistemi akbar minn 1MWp.

Barra minn hekk, sabiex jitnaqqas l-użu tal-plastik, se tiġġedded l-iskema ta’ tagħmir ta’ purifikazzjoni tal-ilma għas-sena d-dieħla.

Għaddej ix-xogħol biex pajjiżna jkollu 1,200 punt tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi. Sal-lum, il-Gvern investa f’372 punt tal-iċċarġjar pubbliku mxerrda f’186 sit madwar Malta u Għawdex.

Għall-ewwel darba se tingħata għajnuna finanzjarja għal min jixtri ekick scooter personali u li għalhekk iċ-ċans hu li jużah b’għaqal u b’rispett lejn ħaddieħor.

Se jkunu qegħdin jiġu rriġenerati mat-80,000 metru kwadru ta’ spazji ħodor madwar Malta u Għawdex, b’aktar minn 5,000 siġra li se jkunu qed jitħawlu. Għaddejja wkoll il-ħidma fuq proġetti ta’ skala akbar bħalma huma l-proġetti tas-Siċċa, il-Proġett ta’ Bormla u l-Proġett ta’ Vjal ir-Riħan f’San Ġwann. 

Dwar it-trasport pubbliku, il-Ministru Caruana qal li saru konsultazzjonijiet mal-istakeholders biex jaslu għal miżuri li jnaqqsu t-traffiku fir-rush hour. Qed jiġi ffinalizzat il-pjan biex numru ta’ servizzi fit-toroq tagħna ma jingħatawx qabel id-9.00 a.m. 

Se jingħata għall-ewwel darba għajnuna finanzjarja għal min jixtri ekick scooter. Vetturi elettriċi u dawk plug-in hybrid b’awtonomija elettrika ta’ 50km jew iktar se jibqgħu eżentati mit-taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenti mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni. 

Se tiġi esplorata l-possibilità ta’ żoni ta’ park and ride għall-istudenti tal-Università bi qbil mal-Kunsill Studenti Universitarji. Se jibda wkoll studju u eventwalment konsultazzjoni pubblika bl-għan aħħari jkun li jiġi ffaċilitat u tissaħħaħ il-mobilità lejn il-Belt Valletta. 

B’kollaborazzjoni bejn Ambjent Malta u Heritage Malta, se jibdew xogħlijiet u jkomplu matul issena d-dieħla relatati mar-restawr u rikostruzzjoni ta’ aktar minn 6,000 metri kubi ta’ ħitan tas-sejjieħ f’żona ta’ protezzjoni tas-siġar li tinsab fil-Bidnija.

Sport