Friday, May 3, 2024

BUDGET 2024: Investituri juru interess li jiżviluppaw proġetti f’enerġija rinovabbli

Ninvestu f'infrastruttura li tixraq lil pajjiżna

Aqra wkoll

Dwar iż-Żona Ekonomika Esklussiva lil hinn mill-ibħra territorjali, il-Ministru Caruana ħabbar li kien hemm numru ta’ investituri li wrew interess li jiżviluppaw proġetti f’enerġija rinovabbli. Fost proġetti oħra, kien hemm interess qawwi għal proġetti ta’ ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa. 

Irrefera wkoll għat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija b’fondi Ewropej, biex tkompli tissaħħaħ l-istabbiltà fin-network sabiex jilqgħu għal aktar investiment f’enerġija nadifa, inkluż l-enerġija rinovabbli offshore. 

Il-Gvern se jibda x-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ strateġija għall-introduzzjoni u l-użu tal-idroġenu mill-industrija f’Malta, sabiex fejn huwa possibbli, proċessi li sal-lum għadhom jużaw dijżil jew żjut oħra bħal fjuwil u ma jistgħux jaqilbu għall-elettriku, ikollhom għażla ta’ fjuwil nadif u bla emissjonijiet. 

Il-Ministru Caruana qal ukoll li l-Enemalta se tkun qed tinvesti f’aktar impjanti ta’ emerġenza biex jekk tinqala’ ħsara f’wieħed mis-sorsi ta’ ġenerazzjoni tagħna, fl-eqqel tad-domanda, il-provvista tal-elettriku tkun tista’ tiġi fornuta mis-sorsi l-oħrajn. B’mod immedjat, l-Enemalta se tkun qiegħda temporanjament tikri kapaċità sa 60MW f’impjanti ta’ emerġenza. 

Dwar l-infrastuttura tat-toroq, il-Ministru Caruana qal li għaddejjin bix-xogħol bixex jitjiebu t-toroq fin-aħa ta’ Triq Sant’Andrija, Pembroke b’investiment ta’ €5.4 miljun. Proġett ieħor importati huwa dak tal-Imsida Creek b’investiment b’saħħtu fiċ-Ċentru ta’ Malta. 

Dwar l-Agrikoltura u s-Sajd, il-Ministru Caruana qal li se jibda l-proċess sabiex jagħtu l-opportunità lil bdiew żgħażagħ jibbenefikaw minn strumenti finanzjarji li jgħinuhom sabiex jixtru art agrikola. Barra minn hekk se jkunu introdotti tikketti li jidentifikaw prodotti lokali u jipprovdu traċċabilità għall-ħaxix, frott u ħut frisk sabiex jippromwovu użu tal-prodotti lokali. Sabiex jesponu aktar il-prodott Malti, is-sena d-dieħla se terġa’ tiġi organizzata l-Malta AgriFair.

Wara li saret konsultazzjoni mal-istakeholders fil-qasam tad-drittijiet tal-annimali, is-sena d-dieħla se tkun qed tiġi ppubblikata l-istrateġija nazzjonali u t-trattament xieraq tal-annimali. Minbarra dan, se jidħlu fis-seħħ tibdil leġiżlattiv f’dan il-qasam.

Sport