Friday, May 3, 2024

BUDGET 2024: Ċentru ta’ Kompetenza fil-qasam tal-industrija tas-Semiconductors

L-ekonomija li rridu għal futur sostenibbli

Aqra wkoll

Il-Ministru Caruana kompla jgħid li għas-sena d-dieħla se terġa’ titnieda s-Seed Investment Scheme, li toffri inċentivi fil-forma ta’ krediti ta’ taxxa lill-kumpaniji Maltin wara li jkunu investew fi start ups u għaddew mid-due diligence. Intant, il-Malta Enterprise għalqet in-negozjati mal-EU Startups Summit, fejn għall-ewwel darba dan l-avveniment se jkun qed isir Malta fis-snin 2024, 2025, 2026. 

Għal sena oħra se jiġu estiżi diversi skemi oħra fosthom l-Iskills Development Scheme, ir-Rent Subsidy Scheme, l-iskema Innovate u l-iskemi Smart & Sustainable u Investment Aid for Energy Efficiency Projects. 

Il-Malta Enterprise nediet inizjattiva ġdida fir-rigward tal-ekonomija blu, il-Blue Med. Din l-inizjattiva se tkompli tiġi żviluppata biex tkompli tinġabar informazzjoni mis-settur lokali u barrani ta’ kif jistgħu jkomplu jiġu megħjuna kumpaniji bbażati f’Malta. Dan qed isir permezz ta’ studju ekonomiku dwar is-settur u l-potenzjal ta’ niċeċ ġodda f’dan is-settur. 

Il-Malta Enterprise se tkun qed taħdem fil-qafas tal-European Chips Act sabiex f’Malta jkollna Ċentru ta’ Kompetenza fil-qasam tas-semiconductors. Dan iċ-ċentru se jiffoka fuq it-titjib tal-ħiliet għall-ħaddiema tal-futur f’dan il-qasam. Permezz ta’ din l-inizjattiva, se jkomplu jinkoraġġixxu wkoll l-iżvilupp ta’ start ups u SMEs Maltin, kif ukoll nattiraw lejn pajjiżna investiment dirett barrani fil-forma ta’ kumpaniji li jiddisinjaw iċ-ċipep fabless – xi ħaġa li f’Malta sal-lum ma ssirx. 

Dwar il-manifattura, se jissokta x-xogħol biex jiġu attirati lejn pajjiżi industriji li jġibu magħhom impjiegi ta’ kwalità għolja u li jagħmlku impatt akbar fuq l-ekonomija bl-anqas impatt possibbli fuq l-ambjent u l-kwalità tal-ħajar. 

Fis-settur tal-gaming, il-Gvern qed iħares ‘il quddiem li tkompli tiġi implimentata l-istrateġija nazzjonali tal-esports filwaqt li se jkomplu għaddejjin b’inizjattivi diversi biex l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-iżvilupp tal-logħob diġitali jkompli jisaħħħaħ.

Il-Gvern se jkompli wkoll jassisti lin-negozji tal-familji billi jerġgħu jestendu l-konċessjoni fuq it-tnaqqis fit-taxxa tal-boll minn 5% għal 1.5% meta negozji tal-familja jiġu trasferiti intervivos lill-ulied u ġenerazzjonijiet iżgħar. 

Fil-jiem li ġejjin ukoll se tkun qed titnieda konsultazzjoni dwar inċentivi fiskali għal Real Estate Investment Trusts biex jissaħħu r-regolamenti tal-Borża ta’ Malta f’dan il-qasam. 

Il-Gvern qed jaħdem biex fix-xhur li ġejjin jiffaċilita l-infrastruttura finanzjarja biex isaħħaħ il-kiri tal-ajruplani. Fl-istess waqt, se titnieda wkoll konsultazzjoni dwar proposti ta’ inċentivi fiskali maħsuba biex kumpaniji kif ukoll investituri jingħataw inċentiv biex jagħmlu investimenti sostenibbli bħalma jsir meta jinħarġu Green Bonds kif regolati mill-Borża ta’ Malta. 

Deċiżjonijiet biex jitjieb is-servizz offrut fl-ispettru kollu tal-industrija tal-ospitalità

Dwar it-turiżmu, il-Ministru Caruana qal li se tissokta l-ħidma ta’ reklamar barra minn xtutna u se jaraw li jkomplu jsostnu l-konnettività bl-ajru minn u lejn Malta. Se jittieħdu wkoll deċiżjonijiet li permezz tagħhom jitjieb is-servizz offrut fl-ispettru kollu tal-industrija tal-ospitalità.

Il-Ministru Caruana rrefera wkoll għal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, li qal li hi parti kruċjali mill-infrastruttura tal-gżejjer tagħna u l-konnettività bl-ajru li din tipprovdi.  Qal li għas-sena d-dieħla se jkunu investiti l-ewwel €215 miljun kapitalizzazzjoni fil-linja nazzjonali tal-ajru l-ġdida sabiex fil-31 ta’ Marzu li ġej, din tibda topera. 

Is-sena d-dieħla, il-Gvern se jkompli joffri opportunitajiet ta’ cash grants b’investiment ta’ madwar €40 miljun għall-intrapriżi żgħar u medji taħt l-iskemi Business Enhance. L-iskemi tal-għotja huma maħsuba sabiex jindirizzaw l-oqsma tal-istartups, tal-iżvilupp tal-intrapriżi, id-diversifikazzoni, kif ukoll jiffaċilitaw l-intrapriżi biex jilħqu swieq ġodda. 

Il-Gvern se jkun qiegħed ukoll iniedi studju soċjo-ekonomiku biex jidentifika lokalitajiet u żoni bi ħtiġijiet speċjali ta’ riġenerazzjoni. Dawn il-lokalitajiet se jingħataw prijorità fejn jidħol investiment infrastrutturali, proġetti ta’ komunità u urban greening.

Sport