Sunday, October 27, 2024

BUDGET LI JKOMPLI JTEJJEB FUQ DAK LI DIĠÀ SAR

Aqra wkoll

Ftit tal-ġimgħat oħra jitħabbar il-Budget għas-sena li ġejja. Dan se jkun it-tielet wieħed ta’ din il-leġiżlatura u mistenni jkompli jiffoka partikolarment fuq il-qasam soċjali. Dan se jkun possibbli għaliex l-ekonomija ta’ pajjiżna matul is-snin baqgħet waħda reżiljenti u tirrifletti attività ekonomika kontinwa u b’saħħitha.

L-ekonomija tagħna baqgħet tis saħħaħ u tikseb riżultati tanġibbli minn sena għall-oħra kif wara kollox qed jikkonfermaw aġenziji ta’ kreditu awtorevoli. It-tisħiħ ekonomiku wassal biex jogħla l-livell talgħaj xien tal-familji Maltin u Għawdxin li qed igawdu minn kwalità ta’ ħajja aħjar.

Ħarsa lura lejn il-Budget 2024, kien wieħed li ra x’kienu l-prijoritajiet u l-isfidi li pajiżna affaċċja u ndirizzahom. Dakinhar, l-ogħla prijoritajiet kienu l-inflazzjoni, it-tnaqqis f id-defiċit u fid-dejn nazzjonali. Għandna għax nifhmu li l-attenzjoni tal-Budget 2025 issa se tkun iffokata fuq tkabbir ekonomiku b’saħħtu, tisħiħ ta’ miżuri soċjali u l-konso – li dament fiskali ta’ pajjiżna b’din tal-aħħar tibqa’ prijorità ewlenija għall-Is tati Membri tal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-rigward, il-politika fiskali ta’ Malta se tkun konformi mar-regoli stipulati tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku t-tnaqqis fid-defiċit sakemm dan jinżel għal-livell taħt it-3% fl-istess waqt li l-proporzjon tad-dejn fil-konfront tal-Prodott Gross Domestiku jibqa’ jkun inqas minn 60%.

Nemmnu għalhekk li l-Budget 2025 se jkun rifless fil-pjan ċar talGvern li jrid jibqa’ jipproteġi lill-familji b’mod partikulari lil dawk vulnrabbli, lin-negozji jipprovdilhom lap poġġ neċessarju permezz ta’ miżuri fiskali mingħajr ma jżid il-piżijiet tat-taxxi fuq ħadd.

Dan kollu flimkien mas-sussidju li diġà qed jingħata fil-prezzijiet tal-enerġija u fjuwils u biex tkompli tinżamm l-istabbilità fil-prezzijiet tal-ikel fost oħrajn.

Dawn il-miżuri soċjali kollha ma kienux jitwettqu kieku l-ekonomija nazzjonali ma kinitx tiflaħ għalihom. Għalhekk, nemmnu li l-mudell ekono miku li pajjiżna adotta s’issa għandu jkompli jiġi aġġornat u zviluppat biex jaqdi l-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-poplu kollu.

Aħna kunfidenti li dak li qal il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, li dak li se jinqara fil-Budget 2025 ixxah ar id-dieħel huwa dak li l-pajjiżna qed jistenna u li l-Gvern ikun kapaċi jagħti u jitwettaq fil-prat- tika biex il-livell tal-għajxien tannies għada jkun aħjar milli huwa llum.

Sport