Tuesday, December 24, 2024

BUGDET 2023: INVESTIMENT FIN-NIES

Aqra wkoll

Il-Ministru qal li f’dawn l-aħħar għaxar snin fil-qasam tax-xogħol inkisbu riżultati importanti b’rati ta’ qgħad jinżlu kull sena, b’rati ferm ogħla ta’ nisa u żgħażagħ jaħdmu. Illum l-isfida m’għadhiex li persuna ssib ix-xogħol imma x’valur u introjtu dik il-persuna qiegħda tikseb mix-xogħol tagħha.

Il-Ministru ħabbar li l-Gvern se jniedi proċess ta’ konsultazzjoni biex tiġi mibnija poilitika nazzjonali għall-ekonomija migratorja. Ma’ dan il-pass, is-sena d-dieħla se jibda x-xogħol fuq numru ta’ rakkomandazzjonijiet fejn fihom il-pajjiż se jara li jkollu viżibilità u l-għarfien meħtieġ biex jintroduċi policies sensibbli fil-qasam tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi. Min hu bieżel se jkun ippremjat.

Se jingħata ċekk ieħor ta’ rifużjoni tat-taxxa

Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar illi l-miżura tar-rifużjoni tat-taxxa li żdiedet minn sena għal oħra, se terġa’ tingħata s-sena d-dieħla u ċ-ċekk ser ikun bejn €60 u €140 bl-ogħla rifużjoni tibqa tingħata lil dawk bl-aktar dħul baxx.

Se jkun hemm ukoll aġġustament għal ħelsien mit-taxxa għall-pensjonanti attivi. F’dan l-isfond, għas-sena d-dieħla l-ammont li mhux se jklun ikkalkulat għal fini tat-taxxa se jiżdied minn 20% għal 40%. Minn din il-miżura se jibbenefikaw madwar 17,000 pensjonant.

Il-baġit jaħseb ukoll għal tnaqqis fit-taxxa tal-awturi u ko-awturi. Din se tonqos bin-nofs mninn 15% għal 7.5% sabiex il-letteratura u l-awturi Maltin jingħataw l-appoġġ kollu possibbli.

Dwar l-impatt tal-għoli tal-ħajja fuq il-ħaddiema tal-Gvern u kuntratturi tal-privat fil-baġit tħabbar li l-Gvern se jkun qed jilqa’ proposta tat-trade unions fuq kif tista’ tittaffa d-daqqa tal-għoli tal-ħajja għal ftehimiet li jinkludu l-COLA.

Simili ta’ dan il-Gvern se jkun qed jara li l-ħaddiema tas-settur privat li jaħdmu bħala parti minn kuntratt tal-Gvern jieħdu żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja billi l-gvern se joħroġ id-differenza mar-rati stabbiliti.

Budget ieħor b’investiment qawwi fl-edukazzjoni

Dan huwa budget ieħor b’investiment qawwi fl-edukazzjoni. Wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet marbuta mal-pandemija, il-Gvern se jerġa’ jintroduċi t-tqassim ta’ frott u ħaxix frisk fl-iskejjel primarji u se jinbdew diskussjonijiet biex din l-inizjattiva tkun fl-iskejjel sekondarji wkoll.

Fl-2023 se jiżdied l-investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni fosthom permezz ta’ programm ġdid Technology Extension Support b’investiment ta’ €5 miljuni fejn permezz tal-parteċipazzjoni tas-settur privat se jkunu ffinanzjati proġetti innovattivi f’diversi oqsma.

Fil-qasam ekonomiku, Il-Ministru tal-Finanzi ħabbar li s-sena d-dieħla, il-Gvern se jkompli joffri cash grants b’investiment ta’ madwar €40 miljun għall-intrapriżi żgħar u medji taħt l-iskemi Business Enhancce. L-istrumenti finanzjarji għan-negozji b’fondi |Ewropej se jitkomplew fis-snin li ġejjin.

Il-Malta Enterprise se tkun qed tirdoppja l-għajnuna finanzjarja f’forma ta’ cash grants għall-kumpaniji Maltin li jinvestu fi pġroġetti diġitali u sostenibbli.

In-negozji Għawdxin kif ukoll start-ups ser jibqgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja addizzjonali ta’ 10% f’forma ta’ kreditu ta’ taxxa li tista tirdoppja għal 20% jekk il-kumpaniji jinvestu fi proġetti li jnaqqsu l-carbon footprint tal-operat.

Dwar is-settur turistiku li issa qed juri sinjali qawwija ta’ rkupru wara sentejn ta’ sifidi, il-Gvern flimkien mal-Gozo Tourism Association se jvara skema ta’ inċentivi biex ikun attirat aktar turiżmu fix-xhur xitwin lejn il-gżira t’Għawdex biex b’hekk u bi sħab ma operaturi tal-vjaġġi Għawdex ikollu iktar turiżmu fl-istaġun tax-xitwa.

Minn Jannar li ġej il-Fondazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi se tinbidel fl-Aġenzija għal Rinġenerazzjoni għall-Iżvilupp taż-Żoni Turistiċi.

Se jibqa’ jkollna linja tal-ajru nazzjonali

Dwar l-Air Malta fid-diskors tiegħu l-Ministru rrefera għar-rapport tajjeb li l-Gvern bena mal-Kummissjoni Ewropea biex tinstab soluzzjoni fl-aħjar interess tal-pajjiż iżda b’rispett lejn ir-regoli tal-Ewropej u lejn is-suq ħieles.

Huwa qal li sar pjan ta’ ħidma biex ikunu indirizzati aħjar l-ispejjeż tal-kumpanija. Il-Kummissjoni Ewropea qed tevalwa l-għażliet differenti, iżda huwa sostna li se jibqa’ jisħaq li Malta kienet, għadha u se jibqa’ jkollha linja nazzjonali tal-ajru.

Rigward is-settur tas-saħħa, il-Ministru nnota b’sodisfazzjon li minkejja numru ta’ sfidi, is-servizz tas-saħħa se jkompli jikber, jitjieb fil-kwalità u jqarreb lejn min jużah. Huwa qal li quddiem sfidi internazzjonali, il-gvern assorba spiża ta’ €3 miljun żieda fil-prezzijiet tal-mediċina u €4 miljun oħra f’żieda fil-konsum ta’ mediċini li l-prezz tagħhom għola. 

Ekonomija

Sport