Tuesday, May 14, 2024

BUDGET 2023: SAĦĦA U ŻVILUPP SOSTENIBBLI

Aqra wkoll

  • Titqiba tal-Human Papillomavirus (HPV) li ser tingħata lissubien kollha li twieldu fis-sena 2000 u wara.
  • Mediċini għal dawk li jbatu mill-isklerożi multipla.
  • Faxxa usa’ ta’ persuni ser jibbenefikaw minn mediċini li jitrattaw il-kundizzjonijiet tad-dijabete u l-osteoporożi.
  • Ser jiġu aġġornati wkoll il-formuli ta’ nutrizzjoni speċjalizzata,li jittieħdu permezz ta’ tubu.
  • Persuni għaddejjin minn interventi li jinvolvu d-donazzjoni ta’ gameti minn terzi se jibdew jibbenefikaw mill-mediċini stimulanti li huma kumplimentari mas-servizzi offruti mill-Assisted Reproductive Technology Clinic (ART). Il-Formularju tal-Gvern ser jiġi aġġornat ukoll biex jinkludi numru minn dawn il-mediċini bla ħlas.
  • Fond ieħor sabiex każijiet urġenti ta’ pazjenti b’suspett jew dijanjożi ta’ kanċer, jingħataw it-trattament meħtieġ salperjodu ta’ 12-il ġimgħa stabbilit mill-istess Charter.
  • Chemotherapy Pumps li l-pazjent jista’ juża mill-kumdità ta’ daru, jekk u kif preskritt mill-konsulent kuranti.

Servizzi Ġodda għad-Dijabete

Se jiżdiedu bosta servizzi fosthom l-introduzzjoni ta’ kliniċi tal-Onkoloġija fil-livelli ta’ kura Primarja, l-introduzzjoni ta’  Ċentru tad-dijabete fiċ-Ċentru tas-saħħa ta’ Ħal Qormi, l-introduzzjoni ta’ Genitourinary (GU) Clinics fil-komunità kif ukoll GP Appointment Clinics fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Permezz tal-proġett tar-Remote Patient Monitoring, pazjenti b’livell għoli ta’ zokkor fid-demm ser ikomplu jiġu mmonitorjati.

Servizzi għal dawk bi problemi ta’ infertilità

Flimkien mas-servizz mill-ART Clinic li kienu ta’ sostenn għal dawk li xtaqu l-ewwel tarbija, iżda kellhom problemi ta’ infertilità, se jiġu estiżi għal dawk li jixtiequ t-tieni wild. Se jiġi offrut ukoll il-PGTM skont l-protokoll tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni.

Proġetti Infrastrutturali fis-saħħa

Il-proġett tal-bini ta’ bank tad-demm ġdid, il-bini tal-outpatients, u l-parkeġġ taħt l-art ġewwa l-Isptar Mater Dei, iċ-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran f’Raħal Ġdid, iċ-Ċentru l-ġdid ġewwa r-Rabat Għawdex, l-immodernizzar tas-swali tal-Isptar Monte Karmeli kif ukoll proġetti iżgħar ta’ rinnovar u immodernizzar taċ-Ċentri u l-Bereġ tas-Saħħa. Ma’ dawn inżid l-investiment fl-infastruttura tad-Dipartiment tal-Inċidenti u l-Emerġenza u d-Dipartiment tal-Medical Imaging, kif ukoll ittielet Cardiac Catherisation Suite.

Sptar ġdid tal-kura Psikjatrika Akuta

Dan l-Isptar iffinanzjat minn fondi Ewropej se jkun qiegħed joffri servizz speċjalizzat li jikkumplimenta dak li llum qed jiġi pprovdut ġewwa Monte Carmeli.

Kontinwazzjoni tal-inċentivi fiskali għal proprjetà isbaħ

Rigward il-miżura mħabbra fil-budget li għadda, il-Ministru spjega li kien hemm ’il fuq minn 2800 bejjiegħ u xerrej ta’ proprjetà f’żona UCA iffrankaw bejniethom ’il fuq minn €18 miljun f’taxxa, filwaqt li 210 persuni li biegħu jew xtraw proprjetà li ilha mibnija għal aktar minn 20 sena u vakanti għal iktar minn 7 snin, iffrankaw bejniethom ’il fuq minn miljun ewro ieħor.

F’dawk li huma first-time buyers ta’ dawn l-iskemi, kien hemm madwar 246 applikazzjoni. Dawn qed jibbenefikaw minn għotja ta’ €15,000 jekk il-proprjetà tinxtara f’Malta u €30,000 f’Għawdex.

Il-Ministru spjega li dawn il-miżuri se jibqgħu jitħaddmu għas-sentejn li ġejjin. Barra minn hekk, fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla se jitwaqqaf bord għal proprjetajiet ġodda li jiġu mibnija u rfinati skont linji gwida ta’ kwalità u estetika li se jiġu stabbiliti.

Infrastruttura tat-toroq

Mill-2018 sal-aħħar ta’ din is-sena, ser jkunu ġew investiti total ta’ €507 miljun sabiex titjieb l-infrastruttura tat-toroq f’pajjiżna.

B’dan l-investiment, twettqu diversi proġetti kbar infrastrutturali bħall-Marsa Junction u s-Central Link, li tħallew fuq il-karta għal ħafna żmien.

Fit-tliet snin li ġejjin, ser jitkomplew u jiġu implimentati proġetti kbar. Dalwaqt jitlesta l-Imrieħel Underpass, filwaqt li prijoritajiet oħra huma Ħal Kirkop Tunnels, l-Airport Intersection Project u l-Luqa Junction. Hemm pjanti ġodda għall-proġett tal-Imsida Creek li issa ser ikun qed jingħata wkoll spinta ’l quddiem. Se jitkompla wkoll il-proġett ta’ bini ta’ toroq residenzjali u anke f’Għawdex.

Żvilupp sostenibbli Urban f’Għawdex

Apparti mill-impenn ta’ 10% tal-investimenti ta’ koeżjoni u agrikoli tal-fondi tal-Unjoni Ewropea, Għawdex ser jibbenefika minn madwar €60 miljun f’investiment taħt din l-inizjattiva.

Lejn flotta ta’ trasport pubbliku aktar elettrika 

B’investiment ta’ miljun ewro, il-flotta tat-trasport pubbliku se tkompli tiġi elettrifikata b’ammont kbir minnha se jkunu elettriċi.

Miżuri biex jiġi indirizzat it-traffiku

Se jiżidedu l-uffiċjali fit-toroq u jinfetħu diskussjonijiet wiesgħa mal-istakeholders konċernati biex numru ta’ servizzi fit-toroq ma jingħatawx qabel id-9.00 a.m. Fir-rush hour, il-vetturi ta’ dawn is-servizzi m’għandhomx ikunu fit-toroq tagħna.

Għotja għax-xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bl-elettriku

Se jkomplu l-inċentivi fuq ix-xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bl-elettriku u kull min jixtri vettura ġdida, inkluż muturi, li jaħdmu bl-elettriku ser ikun intitolat għall-għotja ta’ €11,000, li titla’ sa €12,000 f’każ li tiġi użata l-iskema tal-iskrappjar tal-vetturi wkoll. L-istess jgħodd għall-iskema li tinċentiva x-xiri ta’ mopeds, pedelecs u roti assistiti b’mutur tal-elettriku.

Dwar il-konnettività bejn Malta u Għawdex, il-Ministru Caruana semma s-servizz tal-fast ferry u qal li l-Gvern se jiddiskuti mal-Kummissjoni Ewropea biex ikun hemm kuntratt ta’ servizz pubbliku għas-sentejn li ġejjin. Dan filwaqt li se jkompli x-xogħol biex isir ir-Rural Airfield f’Għawdex. 

Sport