Friday, May 17, 2024

BUDGET 2023: MINN SFIDA GĦAL OPPORTUNITÀ FL-EKONOMIJA ĦADRA

Aqra wkoll

L-akbar investiment fl-ambjent… €700 miljun fuq medda ta’ 7 snin

F’dan il-budget, il-Gvern se jkompli joffri skemi għall-installazzjoni ta’ pannelli tax-xemx u batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinnovabbli, heat pump water heaters u solar water heaters u rrestawrazzjoni ta’ bjar ta’ djar antiki.

Bħalissa għaddej ukoll xogħol biex il-pajjiż ikollu 1,200 punt ieħor tal-iċċarġjar sas-sena 2024 mat-340 li diġà jeżistu. Fl-istess waqt li kumpaniji privati u negozji jkompli jiġu nkoraġġiti biex jaqilbu l-flotta tagħhom għal waħda elettrika billi jibbenefikaw minn self bla interess sabiex jikkumplimentaw l-investiment li jagħmlu f’vetturi elettriċi u charging stations.

Il-Gvern huwa mpenjat li jwettaq l-ikbar investiment fl-ambjent u fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Għal dan il-għan se titwaqqaf aġenzija ġdida biex tikkordina l-implimentazzjoni ta’ din il-miżura, jiġifieri l-allokazzjoni ta’ €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin għal proġetti ambjentali.

Dawn il-proġetti se jwasslu għal aktar ġonna, proġetti ta’ tħaddir urban u aktar spazji miftuħa li jistgħu jitgawdew mill-familji Maltin u Għawdxin.

Fir-rigward tal-parkeġġi tal-karozzi, bħala parti mill-wegħda ta’ iktar postijiet miftuħa għall-pubbliku, qed issir evalwazzjoni u ta’ parkeġġi miftuħa li jistgħu jiġu mibdula f’parkeġġi taħt l-art u l-ispazju użat bħala parkeġġ jinbidel f’wieħed miftuħ.

Il-pjan hu li sal-ewwel kwart tas-sena ddieħla jkunu nħarġu l-ewwel sejħiet għal konċessjoni tal-bini u operat ta’ dawn l-ispazji.

Qafas legali ta’ żmien fiss li fih trid tiġi finalizzata kumpilazzjoni

Il-Ministru Caruana ħabbar li s-sena d-dieħla se jkun stabbilit qafas legali ta’ żmien fiss li fih trid tiġi finalizzata kumpilazzjoni, żvelar sħiħ tal-provi mill-prosekuzzjoni fil-bidu tal-kumpilazzjoni kif ukoll l-eliminazzjoni tar-rinviji. 

Qal ukoll li se jaraw kif jużaw aħjar l-ispazju amministrattiv tal-Qorti billi jiġi kkonvertit f’bini ta’ awli ġodda fil-bini prinċipali tal-Qorti bl-għan li jkomplu jiżdiedu n-numru ta’ seduti u fl-istess ħin jitnaqqas t-tul tal-kawżi. 

Se tkun qiegħda titwettaq ukoll reviżjoni sħiħa tal-proċedura użata fil-Qorti tal-Familja kemm mill-aspett ċivili u dak kriminali. Fl-istess waqt se titwettaq riforma fil-kamp tal-inkjesti maġisterjali, bil-ħolqien ta’ sezzjoni ġdida li tispeċjalizza fl-inkjesti. 

Matul is-sena d-dieħla, il-Gvern se jsaħħaħ ir-rimedji disponibbli għall-konsumatur billi jerġgħu jgħollu l-ammont massimu ta’ €5,000 li fuqhom jistgħu jsiru talbiet quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumaturi. 

Il-Ministru Caruana ħabbar ukoll li se jkun qiegħed jiddaħħal kunċett ta’ pensjoni tas-servizz għal ħames snin lir-romol ta’ uffiċjali fil-forzi dixxiplinati li jkunu ġew nieqsa jew qabel jagħlqu l-25 sena servizz jew fil-perjodu bejn l-għeluq tas-servizz u l-età tal-irtirar. 

Il-Gvern se jara wkoll li matul is-sena d-dieħla kull belt u raħal f’Malta jkunu koperti b’dan is-servizz. 

Investiment fir-rinovar ta’ Villa Guardamangia

Il-Ministru Caruana ħabbar li fis-snin li ġejjin se jitlesta r-restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru filwaqt li se jkompli jsir investiment fir-restawr tas-swar u restawr ta’ knejjes u kappelli f’diversi lokalitajiet. Qal ukoll li se jinvestu bis-sħiħ fir-rinovar ta’ Villa Guardamangia li hija l-unika dar barra mir-Renju Unit li għexet fiha r-Reġina Eliżabetta II. 

Il-Gvern se jara li ċ-ċirkwit ġdid f’Ħal Far jinbena u jitlesta f’din il-leġiżlatura

Dwar is-settur sportiv, il-Ministru Caruana qal li wara li ġew sottomessi l-pjanti għall-bini ta’ ċirkwit ġdid f’Ħal Far, il-Gvern se jara li dan jinbena u jitlesta f’din il-leġiżlatura.

L-investiment min-National Development and Social Fund (NDSF) għall-bini ta’ Ċentru Nazzjonali tal-Motorsport f’Ħal Far se jara titjib tat-trakki eżistenti tad-drag racing u l-karting. 

Il-Gvern se jara wkoll li jitlesta f’din il-leġiżlatura l-pixxina ta’ daqs olimpiku f’Bormla. Fuq kollox se jissoktaw il-preparamenti biex pajjiżna jospita b’suċċess il-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2023. 

Sport