Tuesday, April 30, 2024

Bugħaddas fil-periklu li jitlef ħajtu wara li sab ruħu f’diffikultà f’Għawdex

Aqra wkoll

Bugħaddas Ġermaniż ta’ 53 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar t’Għawdex wara li għall-ħabta tas-2.15 p.m. sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jogħdos.

Hu kien qiegħed jipprattika l-passatemp tiegħu f’Ras il-Ħobż f’Għajnsielem flimkien ma’ bugħaddasa oħrajn.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex li tah l-ewwel għajnuna. Hu ttieħed fil-hyperbaric chamber għal aktar attenzjoni medika. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport