Bugħaddas Taljan ta’ 51 sena jinsab f’kundizzjoni serja wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jogħdos f’Kemmuna.
Kienu xi s-1.00pm xħin il-bugħaddas inġieb fix-Xatt tal-Imġarr, Għawdex, u intalbet l-għajnuna hekk kif kien mitluf minn sensih.
Hemmhekk marret ambulanza li ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Dr Monica Vella LL.D li ħatret Inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
