Sarah Parker ta’ 30 sena ġie akkużata fil-Qorti li waqt li kienet fuq titjira ma obditx l-ordnijiet tal-kaptan, li kienet xurbana u anke li neżgħet il-qalziet quddiem il-passiġġieri kollha.
Jirriżulta li Parker kienet għadha kemm qabdet titjira minn Birmingham fir-Renju Unit lejn Melbourne meta waqt it-tluq hi qamet minn posta u marret toilet.
Il-membri tal-ekwipaġġ qalulha biex tmur lura f’postha u anke l-kaptan mill-kabina qallha biex terġa’ tmur lura f’postha.
Iżda hi ma riditx tagħmel dan u kien hawn li neżgħet ix-shorts u wara anke l-qalziet ta’ taħt. L-ajruplan kien mimli passiġġieri fosthom anke tfal.
L-ajruplan reġa’ lura lejn l-ajruport ta’ Birmingham fejn il-mara ġiet arrestata.
Hi tressqet il-qorti fejn wieġbet ħatja għall-akkużi kontriha.




