Thursday, March 28, 2024

Bugħaddas imut wara li sab ruħu f’diffikultà fil-Gżira

Aqra wkoll

Raġel Russu ta’ 44 sena miet ftit wara l-wasla tiegħu fl-Isptar Mater Dei ftit tal-ħin ilu.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed jogħdos fil-limiti ta’ Manoel Island il-Gżira meta għal xi raġuni sab ruħu f’diffikultà.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadu minnufih lir-raġel lejn l-Isptar filwaqt li bdewlu c-cpr f’tentattiv biex dan jirkupra. Madanakollu, kull tentattiv tagħhom irriżulta fin-negttiv u r-raġel kien iċċertifikat mejjet.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li ħatret esperti biex jgħinuha fl-injesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport