Wednesday, April 24, 2024

Diza Du Courtille u Elan Baroque jirbħu t-tiġrijiet ewlenin

Kenneth Vella

Aqra wkoll

Diza Du Courtille u Elan Baroque rebħu t-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa. Dawn kienu riservati għal żwiemel tal-klassi Premier u għamlu parti mit-30 laqgħa tas-sena fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. 

Fl-ewwel tiġrija Premier, Ivan Stivala poġġa lil Diza Du Courtille quddiem meta l-ewwel żwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Din bla tbatija rnexxilha takkwista l-ewwel rebħa tas-sena minn Venale (Paul Galea) u Caprice De Cosse (Gilmour Azzopardi). Blackaro (Charlton Gauci) temm fir-raba’ pożizzjoni.  

Diza Du Courtille misjuq minn Ivan Stivala

Elan Baroque (Rodney Gatt) ħa l-ewwel rebħa f’Malta fit-tieni tiġrija tal-aqwa klassi. Kien dawra mit-tmiem li Gatt beda’ jżid il-pass b’dan iż-żiemel biex eventwalment qasam il-linja finali l-ewwel b’tul minn Rally Hans (Marco Refalo) u Cadet (Noel Baldacchino). Sir Q.C. (Julian Farrugia) temm warajhom f’dik l-ordni.  

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gamine d’Hawai (R. Gatt) Ħin – 2.46.4” (1.17.7”) 2. Harry De L’Ormerie (G. Gatt) 3. Khali Magdalon (M. Ellul) 4. Lovely Boy (P. Galea) 

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Irazu Des Racques (Cherise Farrugia) Ħin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Heroine Flaniere (J. Carabott) 3. Vasco Dairpet (J. Farrugia) 4. Hippolyte De Bois (P. Galea) 

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m 1. Dieu d’Occagnes (P. Galea) Ħin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Forsman (J. Gafa’) 3. Estak Gentil (R. Gatt) 4. Express Novo (I. Galea) 

Fighter Perrine (7) jegħleb lil Queenswood fl-aħħar metri

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fighter Perrine (R. Gatt) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Queenswood (G. Attard) 3. Ninepoints Coolman (M. Bonnici) 4. Daraghiu Jeep (A. Cassar) 

V Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Diza Du Courtille (I. Stivala) Ħin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Venale (P. Galea) 3. Caprice De Cosse (G. Azzopardi) 4. Blackaro (Ch. Gauci) 

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Elegant Frost (P. Galea) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Prediction (J. Farrugia) 3. Flash Du Rabutin (G. Magro) 4. Galeo Du Portugal (K. Axisa)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Diaz Dairpet (C. Calleja) Ħin – 2.43.3” (1.16.3”) 2. Domino De Larre (N. Baldacchino) 3. Enfantin (R. Gatt) 4. Padron Kloster (J. Attard)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Elan Baroque (R. Gatt) Ħin – 2.37.6’ (1.13.6”) 2. Rally Hans (M. Refalo) 3. Cadet (N. Baldacchino) 4. Sir Q.C. (J. Farrugia) 

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1.  Floalts Cesna (P. Galea) Ħin – 2.40.3” (1.14.9”) 2. Facto Turgot (R. Gatt) 3. Eliot Dairpet (M. Cauchi) 4. Choco Garline (Charles Camilleri)

Sport