Tuesday, May 14, 2024

Napoli jiċċelebraw ir-rebħ tal-Iscudetto

Aqra wkoll

Iċ-champions Napoli ċċe­lebraw ir-rebħ tal-Iscudetto meta f’darhom għelbu lil Sampdoria bl-iskor ta’ 2-0. 

Iżda Napoli kellhom jis­tennew sal-64 minuta biex fetħu l-iskor liema vantaġġ wasal minn penalty mogħti minn Victor Osimhen. 

Ħames minuti mit-tmiem is-sostitut Giovanni Simeo­ne aċċerta r-rebħa għat-team immexxi mill-coach, Luciano Spalletti, li għalih din kienet l-aħħar partita mal-Partenopei. 

Wara l-partita huma ġew ippreżentati bit-trofrew tar- rebħ tat-titlu.

Għal konfini tal-klassifika, Atalanta u Roma se jilagħbu fil-UEFA Europa League filwaqt li Juventus se jilagħbu fil-UEFA Conference League. 

Trid issir ukoll relegation play-off bejn Verona u Spezia. 

Atalanta v Monza – Ata­lanta ospitaw lil Monza u għelbuhom bl-iskor ta’ 5-2 biex qatgħu l-passaġġ għall-UEFA Europa League. 

Il-goals waslu minn hat-rick ta’ Teun Koopmeiners (12, 45, 79), Rasmus Hojlund (74) u Luis Muriel (92) filwaqt li Andrea Colpani (51) u Andrea Petagna (81) naqqsu l-marġni għal Monza li kel­lhom lil Marlon (70) imkeċċi għal karta ħamra diretta. 

Peró, kollox ma’ kollox Monza kellhom staġun taj­jeb hekk kif lagħbu fl-ogħla diviżjoni għall-ewwel darba.  

Udinese v Juventus – Ju­ventus marru għand Udi­nese u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0  iżda se jilagħbu fil-UEFA Conference League minħabba li spiċċaw fis-seba’ post.

L-uniku goal tal-partita wasal minn Federico Chiesa (68). 

Lecce v Bologna – Bologna għelbu lil Lecce bl-iskor ta’ 3-1. 

Marko Arnautovic (58), Joshua Zirkzee (81) u Nicola Sansone (93) skorjaw għal Bologna filwaqt li Lameck Banda (17) u Remy Oudin (89) wieġbu għal Lecce. 

Roma v Spezia – Roma għelbu lil Spezia 2-1 b’goals minn Nicola Zalewski (43) u Paulo Dybala (90) wara li Dimitrios Nikolaou (6) fetaħ l-iskor għal Spezia li kellhom lil Kelvin Amian (89) imkeċċi. 

B’din ir-rebħa, Roma kkwalifikaw għall-UEFA Eu­ropa League.  

Milan v Verona – Milan għelbu lil Verona 3-1.

Il-goals tar-Rossoneri waslu minn Olivier Giroud (45 pen) u doppjetta ta’  Rafael Leao (85, 92).  Davide Faraoni (72) kiseb id-draw momentarju għal Verona. 

Empoli v Lazio – Fil-partita li ntlagħbet tard is-Sibt filgħaxija, Lazio aċċertaw mit-tieni post meta għelbu lil Empoli bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu fit-tieni taqsima minn Alessio Romagnoli (48) u Luis Alberto (91). 

Empoli kellhom lil Nicolo Cambiaghi (89) imkeċċi 

 Cremonese v Salernitana – Cremonese sellmu lis-Serie A b’rebħa ta’ 2-0 fuq Salernitana bil-prota­gonisti jkunu Cristian Buo­n­aiuto (26 pen) u Frank      Tsadjout (88).   

Sport