Bugħaddas li kien qiegħed jipprattika d-delizzju tiegħu fix-Xatt l-Aħmar f’Għawdex sabu ruħu f’diffikultajiet. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.15pm.
Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza fejn mill-ewwel bdew jagħtu l-għajnuna lill-bugħaddas.
Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu s’issa għadha mhix magħrufa.