Tuesday, September 24, 2024

Ħtieġa ta’ pjan strateġiku li jservi għat-tul

Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-GWU

Aqra wkoll

Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union Josef Bugeja fisser li d-direzzjoni li qabad il-pajjiż hija waħda tajba iżda sostna li hemm il-ħtieġa għal pjan strateġiku u viżjoni għat-tul.

Huwa qal dan f’intervent li għamel waqt it-tnedija għall-konsultazzjoni pubblika tad-dokument ta’ qabel il-Budget 2025 mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana.

Is-Sur Bugeja qal li dan huwa żmien opportun biex nagħżlu liema direzzjoni pajjiżna jrid jieħu u fejn irid jasal, sabiex ikun hemm kwalità ta’ ħajja aħjar kemm għall-ħaddiema, għall-pensjonanti u kull membru tas-soċjetà tagħna.

Semma wkoll li l-elementi li sar aċċenn għalihom fosthom id-demografija, il-produttività, is-suq tax-xogħol u l-edukazzjoni huma elementi li għandhom jidħlu f’dan il-pjan strateġiku.

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU temm jgħid li wasal iż-żmien li d-diskorsi jkunu aktar iffokati fuq id-diġitalizzazzjoni, l-ekonomija diġitali, il-prinċipji tal-ESGs u kif irridu nilħqu ċertu miri u sfidi. Dan kollu jinkwadra f’soċjetà li trid tibqa’ miexja ‘l quddiem.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport