Ingliż ta’ 64 sena, sfortunatament tilfet ħajtu waqt li kien qiegħed jogħdos f’Wied il-Għajn.L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm.
Fuq il-post minnufih marru l-Pulizija flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili fejn daħħlu lill-bugħaddas fuq l-art.Malli ddaħħal l-art, tim mediku beda jassistih u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei.
Sfortunatament, huwa ġie ċċertifakat mejjet ftit tal-ħin wara. Il-Maġistrat Dr Philip Galea Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

