Wednesday, July 24, 2024

Bundesliga: Bayern Munich ikomplu jwaqqgħu l-punti

Aqra wkoll

Fil-Bundesliga, Bayern Munich iwaqqgħu l-punti meta sfaw miżmuma fi draw ta’ 2-2 għand Freiburg. 

Dan ifisser li jekk il-Ħadd,  il-leaders Bayer Leverkusen jegħlbu lil Cologne barra minn darhom, jiftħu vantaġġ ta’ 10 punti fuq l-istess Bayern. 

Wara 10 minuti, Christian Gunter tefa’ lill-ospiti ta’ nofs il-klassifika fil-vantaġġ b’xutt minn 20 metru bogħod.

Bayern ħasbu li dawru l-iskor permezz ta’  Mathys Tel (35) u Jamal Musiala (75) Iżda tliet minuti mit-tmiem, Lucas Holer, kiseb id-draw għal Freiburg permezz ta’ volley. 

“Lgħabna kompletament mingħajr struttura,” qal il-coach ta’ Bayern, Thomas Tuchel. “Aħna ma konniex dixxiplinati. Ma konniex fil-pożizzjonijiet tagħna … tlifna l-pussess fit-tielet kwarti tal-ground u ħallejna lill-avversarji jattakkawna bil-kontrattakki.”

Ekonomija

Sport