Tuesday, April 23, 2024

Bżonn li l-konsumaturi jnaqqsu l-ħela fl-enerġija … b’hekk titnaqqas l-ispiża 

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Quddiem iż-żieda fid-domanda għall-enerġija f’pajjiżna, fejn hu kkalkulat li din żdiedet bi kważi 20 fil-mija u hu previst li fi zmień seba’ snin se tkun telgħet ferm aktar, qegħdin isir sejħiet biex f’pajjiżna il-konsumaturi jibdew jagħtu każ il-ħela u jieħdu miżuri biex il-ħela titnaqqas.  Inġinier li tkellem ma’ Talk.mt qalilna li “l-enerġija tiswa lill-pajjiż ħafna flus u riżorsi. Jekk kull wieħed minna joqgħod attent u jnaqqas dak li hu ħela, il-pajjiż jiffranka miljuni ta’ flejjes”.  Tal-istess fehma hu Benny Borg Bonello mill-Għaqda tal-Konsumaturi, fejn  meta kkuntattjat minn dan is-sit irrimarka li “nemmen li n-nies irridu nġibu aktar konxji ta’ kemm tiswa l-enerġija f’Malta. Nistgħu nagħmlu dan billi nuru lil kull familja fil-kont tal-elettriku li jirċievu, il-prezz veru ta’ kemi kieku jħallsu kieku m’hemmx is-sussidju. Inqas ħela tfisser li l-gvern se jħallas inqas f’sussidji”.

Inġinier li tkellem ma’ dan is-sit qalilna li “ma nistax ma nitkellimx fuq il-ħela. Nafu li teżisti fid-djar tagħna. Hemm bżonn inkunu aktar responsabbli għax l-enerġija qed tiswa ħafna flus. Biżżejjed nħarsu lejn x’qed jiġri f’pajjiżi oħra Ewropej u bil-miżuri li ttieħdu biex il-konsum tal-enerġija jonqos. Qisu fl-aħħar ħames snin rajna id-domanda għall-elettriku tiżdied b’20 fil-mija.  Qegħdin nistennew li d-domanda titla’ minn 2,500GWH għal ftit aktar minn 3,000GWH.  Fejn jidħol il-ħinijiet  ta’ fejn isir l-akbar użu ta’ enerġija qegħdin nistennew li dań jitla minn madwar 450MW għal 540MW f’temp ta’ sitta jew seba’ snin.”

Nistaqsuh fuq x’qed iwassal għal din iż-żieda fid-domanda u jgħidilna li “llum għandna familji, Maltin u barranin li fis-sħana tas-sajf saru ma jgħaddux mingħajr arja kundizzjonata. Fil-kesħa, imbagħad għandek l-użu tal-apparat li jsaħħan. Għandek il-fattur tal-karozzi elettriċi. It-tkabbir tal-ekonomija minnu nfih ukoll iwassal għal żieda fil-konsum. Ma’ dawn trid iżżid ukoll il-proġett tax-shore to ship. Bħala pajjiż għandna proġetti li fuqhom għaddejja ħidma biex il-provvista tkun aktar sigura u dan bil-proġett ta’ interconnector ġdid li hu previst li dan ikun lest sas-sena 2025. Miegħu hemm il-proġett tal-pajp tal-gass ma’ Sqallija li hu maħsub li jkun lest sas-sena 2028.

Talk.mt tkellmet ukoll ma’ Benny Borg Bonello mill-Għaqda tal-Konsumaturi. Jispjegalna li “fejn tidħol l-enerġija, ngħid li s-sussidju li qiegħed jagħti l-Gvern hu importantitissimu kemm għan-negozji u anke għall-konsuamturi. Nemmen imma li l-konsumatur għadu mhux konxju dwar dan is-sussidju u nemmen li fil-kont tal-elettriku għandu jkun hemm il-prezz li kieku jħallas il-konsumatur kieku l-enerġija hi bil-prezz tas-suq. Din hi importanți għall-konsuamtur. Jekk ma naħlux ħafna enerħija dan ikun ifisser li l-gvern se jnaqqas is-sussidju tiegħu. Inqas ħela tfisser inqas infieq mill-gvern fuq dan il-qasam f’sussidju”. 

Benny Borg Bonello jgħidilna li “nissuġġerixxi li jsir studju dwar kif aħna naħlu l-enerġija u l-elettriku. Tajjeb li nġibu lin-nies konxji li l-prezz tal-elettriku hu sussidjat b’mod qawwi.”

Enfatizza li “l-istess ħaġa tgħodd għall-kwistjoni tal-fjuwil.  Illum għandna trasport b’xejn għakemm hemm problemi. Hemm bżonn li jsiru aktar affarijiet biex inġibu nies konxji jużaw aktar it-trasport pubbliku. Nemmen li waħda mill-akbar problemi hi l-ħin. Din l-ebda kumpanija ma tista’ ssolviha sakemm għandna dan l-ammont ta’ karozzi fit-toroq li hawn bħalissa. Jekk ma nnaqqsux it-trasport u l-ammont ta’ karozzi, it-trasport pubbliku mhux se jiġi li jżomm il-ħin.

X’qed isir fl-Ewropa?

Jekk nieħdu x’qed jiġri fl-Ewropa naraw li kien hemm argumenti u dikjarazzjoni qawwija f’għadd ta’ pajjiżi, liema dikjarazzjonijiet sejħu għal tnaqqis fil-konsum u għat-tnaqqis fil-ħela.

Jekk nieħdu id-Danimarka naraw li għal waqt l-istaġun tal-festi, f’żoni fid-Danimarka ġie deċiż li jitnaqqsu id-dwal tal-Milied.  Filfatt fil-kapitali Copenhagen, ġie deċiż lid-deal tal-Milied jinxtegħlu  mit-3.00 ta’ wara nofsinhar sad-9.00 ta’ filgħaxija.  Mhux hekk biss iżda ġie deċiż li jiġu ffrankati ġimagħtejn billi ma jintegħlux ħafna jiem qabel. Huma qegħdin jistmaw li b’din il-miżura il-konsuma  tal-enerġija għad-dwal fit-toroq b’madwar 55 fil-mija. Din il-miżura ttieħdet bħala parti minn miżura biex jitnaqqas il-konsum tal-elettriku  fis-settur publiku. Din il-miżura wasslet biex oħrajn fosthom mis-settur privat jimxu fuq dan il-pass. 

Fil-Finlandja inqas ħin fis-saunas

Pajjiż ieħor li ħa miżura pjuttost drastika hu l-Finlandja. F’dan il-pajjiż il-Gvern nieda kampanja  li hi mmirata biex titnaqqas l-enerġija  b’mod partikolari f’ħinijiet meta id-domanda tkun qawwija.  Filfatt il-Finlandiżi qed jintalbu jitfu t-thermostats, jieħdu xowers f’ħin iqsar, u jgħaddu inqas ħin fis-saunas – li huma parti mill-kultura Finlandiża.

Il-Ġermanja … dwal mitfija xowers bil-kiesaħ

Il-Ġermanja li hu pajjiż li intlaqat b’mod qawwi ħafna minħabba l-provvista ta’ gassò u żejt mir-Russja, ħa miżuri drastiċi. Fost dawn hemm li l-monumenti u bini amminsitrattivu anke mużewijiet id-dawl ta’ barra ikun mixgħul biss bejn l-4.00 ta’ wara nofsinhar u l-10.00 ta’ filgħaxija. Is-settur privat ukoll għandu miżuri, fejn din hi kampanja ta’ sforz nazzjonali. Miżura xejn mistennija ittieħdet f’Hanover fejn hemmhekk ix-xowers fil-faċilitajiet pubbliċi bħal pixxini, gyms mhux se jkollhom ilma sħun.  L-impjegati tal-Istat, se jkollhom jaħslu idejhom b’ilma kiesaħ għax ilma sħun mhux se jkun disponibbli. 

L-Ungerija … l-ewwel qalu li bla problemi u issa temperatura massima ta’ 18-il grad għall-iskejjel

L-Ungerija kien pajjiż li ftit xhur ilu kienu qalu li ma kellux problemi fejn tidħol l-enerġija u l-provvista tagħha. Biss fl-aħħar ġimgħat il-Gvern Ungeriż ħabbar li l-bini pubbliku kollu inkluż l-iskejjel, għandhom jissaħħnu fit-temperatura ta’ 18-il grad u mhux aktar. Din hi grad intas minn kemm hi t-temperatura f’pajjiżi oħra Ewropej. L-Ungeriżi intalbu ukoll biex inaqqsu l-konsum tal-gass u l-enerġija.

Spanja … limitu ta’ temperatura għall-arja kundizzjonata

Fi Spanja l-arja kundizzjonata f’bini pubbliku bħall-ħwienet, ristoranti, uffiċini u ċ-ċinemas issa hi limitata għal 27 grad għas-sajf, waqt li għax-xhur l-oħra trid tkun 19-il grad. 

L-Iżvezja

Fl-Iżveżja, ittieħdet deċiżjoni li jingħalqu il-knejjes u l-istess bħal Finlandia ittieħdu miżuri fuq is-saunas. Il-knejjes li se jibqgħu miftuħin, ma jistgħux jużaw l-apparat li jsaħħan l-istess knejjes. 

Fi Franza … ebda misħun f’bini pubbliku

Jekk wieħed jieħu x’ġara fi Franza naraw li ttieħdu diversi miżuri fosthom li d-djar jissaħħnu sa temperatura massima ta’ 19-il grad, ma jkunx hemm misħun f’bini pubbliku, ebda dwar fuq reklamar bil-lejl u tnaqqis fit-temperaturi ta’ pixxini u gyms.

Sport