Friday, May 3, 2024

Table-Football: Samuel Bartolo jirbaħ in-Knock Out u Massimo Cremona hu ċ-Champion tal-Veterani

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa, il-Malta Table Football Sports Association organizzat is-Sibt il- Kampjonat tal-Veterani illi spiċċat f’logħba interessanti bejn Massimo Cremona li jilgħab mal-klabb Taljan Napoli Fighters u Frank Chetcuti Dimech li jilgħab mal-Valletta Lions Table Football Club bl-iskor finali jkun dak ta’ 5-2 bil penalties wara li l-logħba spiċċat fi dro ta 2-2 wara l-ħin barrani.

Biex kisbu post fil-finali, Cremona rebaħ 3-2 kontra l-plejer ta’ Bormla Subbuteo Club Jason Pisani filwaqt li Frank Chetcuti Dimech għeleb lil Charles Aquilina li jilgħab ma’ Bormla Subbuteo Club bl-iskor ta’ 3-0.

Il-Ħadd ġiet organizzata n-Knock-Out fejn Samuel Bartolo li jilgħab għal Valletta Subbuteo Club għamel Double meta riċentement kien rebaħ il-Kampjonat meta fil-finali rebaħ lill-plejer ta’ Bormla Subbuteo Club, Jason Pisani bl-iskor ta’ 2-0. Fis-semi-finali Bartolo rebaħ 3-1 kontra l-plejer tal-Valletta Lions Table Football Club Spencer Conti waqt li Jason Pisani rebaħ lill-plejer ukoll ta’ Bormla Subbuteo Club, George Ebejer bl-iskor ta’ 2-0.

Sport