Monday, April 29, 2024

Bżonn titjib fil-kundizzjonijiet… ma nistgħux nibqgħu niġu marbutin ma’ korpi dixxiplinati oħra

Aqra wkoll

Is-Segretarju tal-POU Chris Ellul waqt intervista ma’ Talk.mt qalilna li “problema oħra li qed niffaċċjaw hi dik li meta niġu nitkellmu fuq titjib għall-kundizzjonijiet tal-Pulizija jorbtuna ma’ korpi dixxiplinati oħra. Attwament qed naqgħu taħt Ministeru li taħtu jaqgħu l-Armata, il-Protezzjoni Ċivili u l-Gwardjani. L-argument tagħna hu li fil-passat il-Pulizija kienu taħt Ministeru differenti u l-pakkett ekonomiku kien aħjar minn dak ta’ forzi oħra. Konna qed nattiraw nies aktar lejn il-korp. Għandna sitwazzjoni fejn qed jiġu kuntattjati ħafna Pulizija biex dawn imorru jaħdmu ma’ entitajiet oħra bħal MFSA,  banek,  FIAU u jekk mhux se jkun hemm pakkett li jikkompeti ma’ dak li qed joffru dawn l-entitajiet, il-Korp tal-Pulizija se tibqa’ qisu “stepping stone’, biex minn hawn. imorru x’imkien ieħor. Fil-futur din il-ħaġa se tiġri ukoll fis-sezzjoni tas-cyber crime. Meta nmorru ninnegozjaw, l-ewwel argument hu li l-korpi dixxiplinati irridu ntuhom l-istess kif nagħtu lill-Pulizija. Aħna  nemmnu bi ħlas ugwali għal xogħol ta’ l-istess valur. Il-Korp tal-Pulizija għandu ħafna affarijiet fuq il-platt tiegħu” jgħidina Chris Ellul.

Sar ħafna titjib fl-aħħar snin u qed insiru aktar professjonli

Dwar jekk sarux passi ‘lquddiem fl-aħħar snin, Chris Ellull jgħidilna li “l-aħħar ftehim settorali  li kien wieħed mill-aħjar li ġie negozjat kemm ilni fis-servizz, kien hemm avvanz għall-Pulizija fuq kull lat., Żdiedu allowances. Ma nistgħux ngħidu li dak il-ftehim ma kienx tajjeb. II-pajjiż f’erba’ snin tant inbidel li llum hemm bżonn jiġi rranġat pakkett aħjar.  Taħt din l-amministrazzjoni l-Korp qed jieħu aktar professjonalità u anke f’ċertu issues kif qed isiru per eżempju it-trasferimenti. Qabel kont titfa’ applikazzjoni u tistenna li xi darba jgħajtulek. Issa qed tkun infurmat ħafna aktar malajr. Tant qed niġu f’livell professjonali li l-pakkett ekonomiku mhux qed jirrifletti dan. Għahekk għandek Pulizija li se jmorrulek għal pakkett aħjar u responsabbilità inqas”.

Sport