Thursday, April 18, 2024

Wasal iż-żmien li persuni barranin ikunu jistgħu japplikaw biex jidħlu Pulizija?

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt intervsta riċenti mas-Segretarju tal-POU Chris Ellul staqsejnih jekk wasalx iż-żmien li f’pajjiżna nibdew nikkunsidraw li jkunu jistgħu japplikaw biex isiru Pulizija persuni barranin. Jgħidilna li “bħalissa biex tapplika biex tidħol Pulizija irid żgur ikollok ċittadaninaza Maltija. Jista’ jkun li forsi ‘l quddiem tkun kunsidrata li s-sejħa tinfetaħ għall-barranin, għalkemm tista’ tqum il-kwistjoni tal-lingwa Maltija.

Chris Ellul jgħidilna li “r-relazzjoni tagħna bħala POU mal-gvern ma nistax ngħid li hi ħażina. Iltqajna imma nixtiequ li jkun hemm aktar djalogu bejn il-POU u l-gvern. Dan speċjalment mal-Ministeru tal-Intern. Pendenti għandna il-kwistjoni tat-tfal tal-iskola.   Il-kapitlu 363 tal-kunsilli lokali jgħid li r-responsabbilità tat-tfal hi tal-Kunsill Lokali. Dik hemm liġi fl-att tal-kunsilli lokali li tgħid ċar u tond li r-responsabbiltà tal-kunsilli lokali. Ma jistax ikun li għax tradizzjonalament dan ix-xogħol kien  isir mill-Pulizija, jibqa’ isir hekk. Dan hu impenn massiċċ. Kull filgħodu u fis-2.30 ta’ wara nofsinhar u nofs, jiġifieri darbtejn kjljum, qrib 70 pulizija jinqala’ minn xogħlu biex ikun jista’ joqgħod għassa mal-iskejjel waqt id-dħul u l-ħruġ ta’ tfal. 

“Apparti dan hemm xogħol ieħor li jista’ jigi limitat. Per eżempju jekk titlef il-Karta tal-Identità trid tagħmel rapport fl-għassa. Tingħata irċevuta u dan biex imbagħad tmur u  iġġib Karta tal-Identità oħra. Nemmnu li jista’ jkun hemm sistema aktar faċli fejn tmur u tieħu ġurament li tliftha.  L-istess proċess jista’ jsir meta jintilef passaport jew liċenzja tas-sewqan.”

Jgħidilna li “ma’ dawn hemm ir-rapporti ċivili li l-Pulizija għadhom fl-obbligu li jieħdu.  Per eżempju argument mal-ġar, u jispiċċaw jiġu jagħmulek ir-rapport fl-għassa.  Fl-aħħar ftehim settorali li sal kien hemm numru ta’ Pulizija li minħabba teknikalità ta’ kelma tilfu żieda fi-pensjoni. Fuq din ottimisti li kapaċi naslu. Li ġara kien li meta nnegozjajna kien hemm interpretazzjoni ħażina fuq kelma. Dan għal meta kuntistabbli jiġi kuntistabbli anzjan li jsir wara 12-il sena. Din ġiet deskritta bħala prromozzjoni imma din hi ‘progression’. Dawn tilfu żieda. Taffettwahom għal ftit mijiet fis-sena.”

Ekonomija

4 KUMMENTI

  1. Dan min qieghed johrog bihom dawn il-mistoqsijiet?! Malta tal-Maltin, u l-awtorita’ dejjem ghanda tkun imharsa mil-Maltin u mhux mil-barranin. Iddahqux nies bikhom. Il-Maltin kapaci jhossu iktar ghal hutom il-Maltin, u jekk ikollna nies barranin, ma jkunx hemm hniena maghna l-Maltin ghal inqas haga. Le, din mhux logika li tfarrak ir-relazzjoni tajba li ghandom il-pulizija maltin ingenerali minn mal-poplu malti. Gewwa Malta, Pulizija u Suldati Maltin biss jistghu jkunu, xejn iktar!

  2. Il korp qieghed jitlef hafna pulizija ta esperjenza peress li meta pulizija jaghlaq 25 sena servizz qieghed jitlaq biex ikun jista jiehu il penzjoni tal pulizija. Jiena nahseb li wasal iz zmien li pulizija li ikun ghalaq 25 sena servizz ghandu jinghata il penzjoni u ikun jista jiqba fil korp u mhux imur jahdem x imkien iehor ghax kagun ta hekk il korp qieghed jitlef hafna pulizija ta esperjenza.

  3. Jiena nixtieq naghdi sugerimemt nahseb li kieku meta pulizija jaghlaq 25 sena servizz u jieqbgha fil korp jghati servizz huwa ghadu jinghata il penzjoni u ghalik il korp ma jitlifx pulizija ta esperjenza. Dan ikun tajjeb kemm ghal pulizija li ikun ghalaq il 25 sena servizz u aktar ghal korp peress li ikollu nies ta esperjenza f hadnu ghax l esperjenza ma tigix mil llum ghal ghada.

Comments are closed.

Sport