L-RMYC Quest Dinghy Regatta ntemmet nhar it-Tlieta wara nofsinhar meta ngħalqet b’sensiela ta’ tlielaq kompetittivi.
Tnax-il tim tqassmu f’żewġ gruppi, fejn kull wieħed ikkompleta 12-il tellieqa matul ir-rounds ta’ kwalifikazzjoni. L-aqwa tliet timijiet minn kull grupp għaddew għall-Final Round, filwaqt li t-timijiet l-oħra kkompetew fil-Consolation Round biex jiġi żgurat numru tajjeb ta’tlielaq għall-parteċipanti kollha.
Il-Consolation Round intrebaħ mill-koppji magħmula minn missier u bint Sebastian u Olivia Ripard, segwiti minn koppja oħra magħmula minn missier u bintu – Keith u India Cutajar.
Il-Final Round ra sitt timijiet jikkompetu fuq tliet tlielaq taħt kundizzjonijiet diffiċli, b’riħ ħafif u instabbli mill-majjistral li kien qed jinbidel kontinwament hekk kif kien dieħel minn naħa ta’Manoel Island.
Minkejja dawn il-kundizzjonijiet diffiċli, it-tim magħmul mill-missier u iben Brian u Danny Flahive taw prestazzjoni tajba ħafna, fejn rebħu t-tliet tlielaq kollha biex kisbu r-rebħa finali.
Vinicius Degrave u Nicole Valentina Zemoz spiċċaw fit-tieni post, fejn għelbu lil Jake Aquilina u Michaela Gauci Borda b’punt wieħed biss f’taqtigħa mill-aktar viċin għall-podju.
L-għoti tal-premjijiet sar fir-Royal Malta Yacht Club immedjetament wara t-tlielaq, fil-preżenza tar-Rear Commodore (Sailing) Adrian Gauci Borda u l-Membru tal-Kumitat Aaron Gatt Floridia.
Il-Club jixtieq jirringrazzja lill-voluntiera kollha li taw is-sehem tagħhom biex ir-Regatta timxi bla xkiel: Michelle Caruana, Tania Bonnici, Tamara Pavlovic, Beatrice Steinbeck, Tania Steinbeck, u Matthew Wallis.
Riżultati Finali
| Pożizzjoni | Tim | R1 | R2 | R3 | Punti Finali |
| 1 | Brian & Danny Flahive | 1 | 1 | 1 | 3 |
| 2 | Vinicius Degrave & Nicole Valentina Zemoz | 3 | 2 | 3 | 8 |
| 3 | Jake Aquilina & Michaela Gauci Borda | 4 | 3 | 2 | 9 |
| 4 | Peter Micallef & Karen Xuereb | 2 | 4 | 4 | 10 |
| 5 | Claudio Bugeja & Timothy Degiorgio Ghersci | 5 | 5 | 5 | 15 |
| 6 | Luis Azzopardi & Paolo Farrugia | 6 | 6 | DNF | 19 |
Consolation Fleet
| Pożizzjoni | Tim | R1 | R2 | R3 | Punti Finali | ||||
| 1 | Sebastian & Olivia Ripard | 1 | 2 | 4 | 7 | ||||
| 2 | Keith & India Cutajar | 3 | 1 | 3 | 7 | ||||
| 3 | Camille Legroux & Sara Femenia Ribes | 4 | 3 | 1 | 8 | ||||
| 4 | Anouskha Vella & Sara Baldwin | 2 | 4 | 2 | 8 | ||||

