Friday, May 29, 2026

Brooklyn u Andy Borg iġeddu l-kuntratt ma’ Gzira U. sal-2030

Aqra wkoll

Gzira United FC ħabbru li Brooklyn u Andy Borg iffirmaw estensjoni ġdida ta’ kuntratt ta’ erba’ snin mal-klabb, u b’hekk se jibqgħu jimmilitaw mal-Maroons sal-2030.

Minn meta ngħaqad ma’ Gzira, Brooklyn wera l-kwalità, il-karattru u l-impenn tiegħu kull darba li daħal fil-grawnd. Huwa għad għandu biss 22 sena, u qed ikompli jiżviluppa f’plejer importanti kemm għall-preżent kif ukoll għall-futur tal-Klabb, wara li rrappreżenta lil Malta fil-livell ta’ taħt il-21 sena.

Intnat, sa minn meta ngħaqad ma’ Gżira fl-2022, Andy Borg, kompla jikber f’wieħed mill-aktar talenti żgħażagħ brillanti fil-futbol Malti. Prodott ta’ St Andrews, il-midfielder ta’ 21 sena sar figura importanti fl-iskwadra tal-Maroons bl-enerġija, il-kwalità u l-impenn tiegħu kull darba li jilbes il-flokk ta’ Gzira.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport