Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela u martu Lydia għadhom kemm ivvotaw fl-Iskola Sekondarja taż-Żejtun. Dan hekk kif illum, propju mis-7:00 a.m, il-poplu Malti u Għawdxi beda jivvota.
Il-votazzjoni sal-għaxra tal-lejla. Intant l-ammont ta’ voti mhux miġbura għall-votazzjoni fl-Elezzjoni Ġenerali li se ssir illum ammontaw għal xejn inqas minn 15,312. Dan ifisser li għal din l-elezzjoni, 95.7% tal-voti eleġibbli nġabru filwaqt li 4.3% baqgħu mhux miġbura.
Meta wieħed iqabbel dan mar-riżultat tal-2022, fejn il-voti mhux miġbura kienu jammontaw għal 4.0%, naraw żieda żgħira ta’ 0.3 punti perċentwali fl-2026. Dan ifisser li, għalkemm il-maġġoranza assoluta tal-voti nġabru, kien hemm żieda żgħira fil-persentaġġ ta’ voti mhux miġbura meta mqabbel mal-aħħar Elezzjoni Ġenerali.

