Saturday, May 30, 2026

Netanyahu jgħid li ta istruzzjonijiet lill-IDF biex iżidu l-kontroll ta’ Gaża għal 70%

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ta struzzjonijiet lill-Forzi tad-Difiża ta’ Iżrael (IDF) biex iżidu l-kontroll ta’ Gaża għal 70%. Waqt li tkellem f’konferenza nhar il-Ħamis, Netanyahu qal, “Bħalissa qed nagħfsu lil Hamas. Sa issa qed nikkontrollaw 60 fil-mija tat-territorju Id-direttiva tiegħi hija li nimxu għal iktar”. 

L-espansjoni fil-kontroll mill-Iżrael tikkontradixxi t-termini tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied immexxi minn Donald Trump, li l-Iżrael u l-Hamas qablu dwaru f’Ottubru 2025.

Id-dikjarazzjoni ta’ Netanyahu ġiet hekk kif l-Iżrael qed ikompli jattakka fuq Gaża u hekk kif ż-żewġ pajjiżi għadhom imblukkati f’taħditiet indiretti, immexxija mill-Istati Uniti, biex javvanzaw il-pjan ta’ paċi tal-President Donald Trump għal Gaża.

Mill-inqas 738 Palestinjan inqatlu minn meta daħal fis-seħħ il-waqfien mill-ġlied f’Ottubru. Dan ħareġ minn ċifri mill-Ministeru tas-Saħħa mmexxi mill-Ħamas.

Il-passi li jmiss fil-proposta ta’ paċi ta’ 20 punt se juru li l-Ħamas jieqaf jiġġieled u t-truppi Iżraeljani jirtiraw, iżda t-taħditiet indiretti bejn l-Iżrael u l-grupp armat Palestinjan waqfu.

Nhar l-Erbgħa, il-Ministru tad-Difiża Iżraeljan, Israel Katz kiteb fuq il-pjattaforma X li pajjiżu kien wiegħed li jelimina lil kull min mexxa l-massakru tas-7 ta’ Ottubru fl-2023.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport