Il-kap tal-Partit ADPD Carmel Cacopardo ma ġiex elett fil-post vakant fil-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan wara li ma laħaqx il-kwota meħtieġa.
Cacopardo kien l-uniku kandidat li ppreżenta n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali li saret aktar kmieni llum biex jimtela l-post vakat mill-Kunsillier Albert Buttigieg li fl-aħħar jiem ġie maħtur bħala membru fil-Kamra tad-Deputati minflok il-mibki Robert Arrigo.
Nifhmu li issa l-proċess għandu jkompli biex ikun jista’ jinstab il-persuna li jimla dan il-post fil-Kunsill Lokali.