Wednesday, April 24, 2024

Calum Chambers fil-mira ta’ Everton

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Arsenal, Calum Chambers qed jitqies bħala mira potenzjali ta’ trasferiment ta’ Jannar għal Everton.

Wara li naqas milli jagħmel dehra fil-Premier League minn Awwissu, Chambers mhux mistenni li jestendi l-kuntratt tiegħu wara tmiem l-istaġun attwali.

Filwaqt li l-player ta’ 26 sena jista’ jistenna li jsir free agent fis-sajf, il-Gunners jingħad li huma ħerqana li jirċievu ħlas għall-Ingliż f’Jannar.

Everton iqisu lil dan il-player bħala alternattiva realistika għal Ainsley Maitland-Niles.

Mikel Arteta huwa kontra li jċedi lil dan il-player, u jidher li dan se jkun qed iġiegħel lit-Toffees jiffokaw biex jippruvaw jiffirmaw lil Chambers għal ħlas aktar baxx.

Huwa mifhum li l-player jista’ jkun disponibbli għal somma ta’ madwar £5m.

Sport