Thursday, April 25, 2024

Camilla ma tistax tieqaf titkellem dwar mument imbarazzanti għal Joe Biden

Aqra wkoll

Skont il-midja internazzjonali, il-vjaġġ ta’ Joe Biden lejn is-summit tal-COP26 xejn ma ħalla togħma tajba. Rapporti li feġġew fil-midja fl-aħħar jiem kienu juru lill-istess Biden jogħnos waqt id-diskorsi.

Iżda skont rapporti oħra li feġġew fl-aħħar sigħat poġġew lill-President Amerikan fi stat aktar imbarazzanti waqt iż-żjara tiegħu fi Glasgow.

Apparentament skont id-Dukessa ta’ Cornwall, Camilla, l-aktar President b’saħħtu pproduċa “l-emmissjonijiet tiegħu stess waqt li kien qiegħed ikellimha”.

Camilla tkompli li din kienet “waħda twila u tinstema’ sew” u għalhekk ma setgħetx tinjora l-mument. Infatti skont dawn ir-rapporti, Camilla ma tistax tieqaf titkellem dwar dan.

Intant il-President Amerikan fl-età ta’ 78 sena qiegħed inaqqas mill-popolarità tiegħu, sena biss mir-rebħa tiegħu fuq l-eks President Amerikan Donald Trump.

Sport