Tuesday, May 14, 2024

Camilleri u Deidun f’kompetizzjoni tal-Hillclimb fi Sqallija

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-sewwieqa tal-hillclimb Maltin Darren Camilleri u Ivan Paul Deidun ikkompetew fil-Cronoscalata Linguaglossa Piano Pronvezana fi Sqallija nhar is-Sibt, 22, u l-Ħadd, 23 ta’ April. Il-korsa użata għal din il-Hillclimb hija twila 8.1 km, fit-Tramuntana tal-Muntanja Etna, fi Sqallija.

Kienet esperjenza eċċellenti għaż-żewġ sewwieqa Maltin, fejn rajna lil Darren Camilleri jirbaħ il-klassi tiegħu u jispiċċa fis-6 post fost is-sewwieqa kollha li kkompetew. Ivan Paul Deidun spiċċa fit-tielet post fl-istess klassi.

Sport