Wednesday, August 13, 2025

Ċans ta’ ħalbiet tax-xita wara Santa Marija?

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd li ġej, 17 ta’ Awwissu ikun il-każ li is-sħab jikber biżejjed li jagħti xita lokaliżżata fuq xi nħawi. Hekk inkiteb mis-sit Maltese Islands Weather filwaqt li nkiteb ukoll li l-għada ta’ Santa Marija, allura 16 ta’ Awwissu jaf ikollna xi xita wkoll, però ċ-ċans ta’ xita huwa anqas. 

Fuq is-sit Maltese Islands Weather inkiteb li “Vera li se jkollna sħab tal-għarixa fi tmiem il-ġimgħa? Vera li hemm ċans ta’ xita? Nhar il-Ġimgħa 15/8 niċċelebraw il-festa ta’ Santa Marija. Sinonima ma’ din il-festa nsibu l-isħab ta’ l-għarixa. Appuntament ta’ kull sena bla falliment! Mhux b’anqas din is-sena! Iva, se jkollna l-għarixa fi tmiem il-ġimgħa, u iva, din se ġġib ċans ta’ xita. It-terminu ‘Għarixa ta’ Santa Marija’ jirreferi għas-sħab li jiżviluppa fuq inħawi ċentrali tal-Gżejjer Maltin f’jiem xemxin.”

“X’se jiġri? Roqgħa ta’ arja kiesħa (‘cold pool’) fil-livelli għoljin ta’ l-atmosfera se tiddistabiliżża ċ-ċentru tal-Mediterran. B’riħ ħafif u varjabbli u temperaturi sħan fuq l-art, din se tagħmilha faċli biex jiżviluppa sħab kumuliformi kbir fuq xi nħawi tal-Gżejjer Maltin.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport