Saturday, December 21, 2024

Ċans ta’ maltempata fil-jiem li ġejjin? Diffiċli

Aqra wkoll

Ħafna qegħdin jistaqsu, u bir-raġun, meta se jkollna maltempata tajba fuq pajjiżna. Kollox qiegħed jindika li matul il-ġimgħa d-dieħla din mhux se seħħ.

Gordon Grech mis-sit Aġġornament tat-Temp jgħid li se matul il-ġimgħa d-dieħla se jiżdiedu l-kurrenti li jfisser aktar ġranet bir-riħ. “Firxa ta’ arja kiesħa se testendi minn fuq in-naħa ta’ fuq tal-Ewropa u se testendi sal-Mediterran,” jikteb Grech.

Hu jistaqsi jekk hemmx xi ċans ta’ maltempata fuq il-gżejjer Maltin matul il-ġimgħa d-dieħla, iżda jgħid li din se tkun diffiċli.

Intant it-temp għal ġimgħa d-dieħla se jkun it-Tnejn ir-riħ jibda jnaqqas għal forza 3 mill-Majjistral. It-temp jibqa’ ftit imsaħħab b’riħ forza 3 mill-Punent Majjistru. L-ogħla temperatura tkun 26°C u l-inqas 19°C.

It-Tlieta – l-ewwel jum ta’ Ottubru. It-temp mistenni li jkun ftit imsaħħab b’ruħ forza 3 għal 2 mil-Lbiċ. L-ogħla temperatura tkun 27°C u l-inqas 20°C.

L-Erbgħa t-temp ikun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant filwaqt li r-riħ ikun forza 3 mix-Xlokk li jitqawwa għal forza 4 mal-jum. L-ogħla temperatura tkun 27°C u l-inqas 22°C.

Il-Ħamis, hija l-unika ġurnata li fiha jista’ jkun hemm ftit tax-xita. It-temp jibda ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna bil-possibilità ta’ xi ftit xita iżolata li imbgħad isir ftit imsaħħab mal-jum. Ir-riħ ikun min-Nofsinhar il-Lbiċ forza 4 li jdir Majjistral forza 4 u jdur Punent Majjistru forza 5. L-ogħla temperatura tkun 27°C u l-inqas 20°C.

Tmiem il-ġimgħa jkun, il-Ġimgħa imsaħħab b’xi xita matul il-lejl filwaqt li r-riħ ikun forza 3 għal 2 mill-Punent. L-ogħla temperatura tkun 27°C u l-inqas 19°C.

Is-Sibt, 5 ta’ Ottubru, it-temp mistenni li jkun ftit imsaħħab b’riħ forza 5 mill-Majjistral. L-ogħla temperatura tkun 26°C u l-inqas 18°C. Filwaqt li l-Ħadd jibqa’ ftit imsaħħab b’riħ forza 5 mill-Majjistral. L-ogħla temperatura tkun 24°C u l-inqas 19°C.

Ekonomija

Sport