Thursday, October 10, 2024

Imutu minn tal-inqas 100 persuna fin-Nepal kawża ta’ għargħar

Aqra wkoll

Għargħar u valangi kbar fin-Nepal qatlu mill-inqas 100 ruħ madwar in-nazzjon tal-Ħimalaja, fin-Nepal. Dan ikkonfermawh l-awtoritajiet tal-pajjiż, fejn ingħad li dan seħħ l-Ħadd filgħodu u li għad fadal xi persuni rrapurtati nieqsa.

Ġie rrapurtat li eluf ta’ djar ħdejn ix-xmajjar ġew mgħarrqa u bosta awtostradi imblukkati. Minkejja li x-xita kienet imbassra li mistennija tkompli sat-Tliet, jiġifieri jumejn oħra, kien hemm sinjali li l-Ħadd din kellha tonqos.

Kelliem għall-Gvern ikkonferma li sa issa ġew salvati aktar minn 3,000 persuna. Il-midja tal-istat irrapurtat li s-Sibt filgħaxija mietu ħames persuni, inkluż mara tqila u tifla ta’ erba’ snin, wara li waqgħet valanga fuq dar fil-belt Bhaktapur

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport