Carlo Ancelotti u l-Brażil jinsabu dejjem aktar viċin hekk kif il-coach attwali ta’ Real Madrid se jkun qed imexxi lit-tim nazzjonali mill-1 ta’ Lulju 2024, iġifieri wara tmiem il-kuntratt tiegħu ma’ Los Blancos.
Minkejja kollox, Ancelotti, li fil-passat ikkowċja wkoll lil Paris St Germain, Chelsea, Juventus, Milan u Napoli, se jkun qed jitlob lill-president ta’ Real Madrid Florentino Perez sabiex jibda l-avventura tiegħu sa mill-1 ta’ Jannar li ġej sabiex jieħu idea tal-plejers u l-ambjent il-ġdid tiegħu u eventwalment ikun qed jaħdem fuq bażi part-time fl-ewwel sitt xhur tas-sena li ġejja.