Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Possibbiltá li Kyle Walker jingħaqad ma’ Bayern Munich

Possibbiltá li Kyle Walker jingħaqad ma’ Bayern Munich

0
460

Bayern Munich qed isegwu sew il-profil tad-difensur internazzjonali Ingliż Kyle Walker. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u hu wieħed mill-favoriti tal-kowċ Thomas Tuchel.

Bħalissa Walker jinsab fil-kotba ta’ Manchester City u spikka ferm tul l-istaġun li għadda meta The Citizens rebħu prattikament kollox.

Walker għadu qed itella’ u jniżżel fuq din l-offerta għalkemm jidher motivat li jibda avventura ġdida fil-Ġermanja.