Qed tkompli żżid il-pressjoni fuq il-kowċ Taljan Carlo Ancelotti wara t-telfa xejn sabiħa ta’ 5-2 li Real Madrid sofrew kontra Barcelona fil-finali tas-Super Cup Spanjola.
Il-president Florentino Perez u xi uffiċjali oħra ta’ Los Blancos esprimew il-frustrazzjoni tagħhom għall-għażliet li qed jagħmel il-kowċ veteran partikolarment għax qed jilgħab il-Franċiż Aurelien Tchouameni minkejja li l-wirjiet tiegħu xejn m’huma tajbin.
Diversi gazzetti Spanjoli qed jgħidu li l-eks kowċ ta’ Bayern Munich, Napoli, Juventus, Chelsea u AC Milan fadallu ftit jiem f’Estadio Santiago Bernabeu speċjalment jekk jasal riżultat ieħor negattiv.