Birżebbuġa ASC laħqu ftehim ma’ Ferenc Feco Bucsi, coach internazzjonali Ungeriż tal-waterpolo, li se jassumi r-rwol ta’ Head Coach tal-Akkademja Birżebbuġa ASC Enemed.
Fi stqarrija, Birzebbuga qalu li jinsabu kuntenti li jilqgħu lil Feco fil-club u jistennew bil-ħerqa li jaħdmu miegħu hekk kif ikomplu jiżviluppaw l-Akkademja u jinvestu fil-futur ta’ Birżebbuġa ASC.
L-esperjenza, l-għarfien u l-passjoni tiegħu għall-waterpolo se jkunu żieda siewja għall-Akkademja, u Birzebbuga jinsabu kunfidenti li flimkien jistgħu jkomplu jsawru u jiżviluppaw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ players ta’ Birżebbuġa ASC.


