Saturday, September 28, 2024

Carlo Pinsoglio jġedded il-kuntratt ma’ Juventus

Aqra wkoll

Juventus ħabbru li ġeddew il-kuntratt tal-goalkeeper tagħhom Carlo Pinsoglio sa Ġunju 2026. Dan tal-aħħar ilu mal-Bianconeri għal dawn l-aħħar għaxar snin iżda dejjem serva tat-tielet għażla għall-kowċ li kien fit-tmun tal-klabb. Fil-fatt hu lagħab biss sitt darbiet tul dan iż-żmien għalkemm dejjem wera fiduċja u mħabba lejn Juventus.

Pinsoglio għandu 34 sena u f’xi mumenti kien misluf lil Modena, Livorno u Latina.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport